Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Faċilità ġdida għal eżaminazzjoni veterinarja fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali biex tkompli titjieb il-kura tal-annimali salvati

pr251702
Date Icon 02/10/2025

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said inawgurat faċilità ġdida għal eżaminazzjoni veterinarjafid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali. Din il-faċilità se tipprovdi kura immedjata lill-annimali salvati mid-Dipartiment sabiex minnufih jiġu eżaminati minn veterinarju malli jaslu fuq il-post.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said qalet li l-ħin huwa essenzjali meta annimal ikun fil-bżonn ta' għajnuna u din il-faċilità ġdida se tnaqqas il-ħin minn x'ħin jiġi salvat l-annimal sa ma jieħu kura medika, filwaqt li tkompli ttejjeb il-kwalità tas-servizzi tal-protezzjoni tal-annimali f'Malta.

“Kull annimal li nsalvaw jistħoqqlu kura immedjata u professjonali. Permezz ta' din il-faċilità ġdida, kull annimal li jidħol l-Għammieri se jiġi eżaminat minn veterinarju u jingħata t-trattament meħtieġ minnufih. Dan hu pass ieħor fil-ħidma tagħna biex insaħħu l-ħarsien u l-protezzjoni tal-annimali f'Malta," sostniet is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

Id-Direttur għall-Ħarsien tal-Annimali Joseph John Vella spjega li l-faċilità għal eżaminazzjoni veterinarjase tkompli ssaħħaħ il-kura li qed tingħata lill-annimali. “Din il-faċilità se tgħin biex il-veterinarji jkunu jistgħu jsegwu l-progress tat-trattamenti u l-pronjożi tal-kundizzjoni medika permezz ta' tagħmir djanjostiku li jippermetti riżultati f'ħin propizju. Dan ifisser li l-veterinarji jistgħu jaraw jekk it-trattament ikunx effettiv u jista' jiġi aġġustat kif ikun hemm bżonn. Għaldaqstant din il-faċilità se tiżgura li kull annimal jirċievi l-attenzjoni veterinarja bl-aħjar mod possibbli."

Il-Veterinarju fi ħdan l-Animal Welfare, Justin Camilleri qal li: “B'din il-faċilità għal eżaminazzjoni veterinarja ser inkunu iktar prattiċi fejn jidħol l-aftercare tal-annimali fi ħdan id-dipartiment. Kommessi li nkomplu naħdmu biex inżidu u intejbu il-kura tal annimali."

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Faċilità ġdida għal eżaminazzjoni veterinarja fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali biex tkompli titjieb il-kura tal-annimali salvati
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Faċilità ġdida għal eżaminazzjoni veterinarja fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali biex tkompli titjieb il-kura tal-annimali salvati
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Faċilità ġdida għal eżaminazzjoni veterinarja fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali biex tkompli titjieb il-kura tal-annimali salvati
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow