Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Malta timbotta ‘l quddiem il-kunċett ta’ drittijiet kulturali matul laqgħa tal-UNESCO f’Barċellona

PR251687
Date Icon 30/09/2025

Malta imbottat ‘il quddiem il-kunċett ta’ drittijiet kulturali tal-individwu matul il-MONDIACULT 2025 li hija l-ikbar laqgħa dinjija organizzata mill-UNESCO li ġġib flimkien eluf ta’ parteċipanti fil-qasam tal-politika kulturali mill-kontinenti kollha.

Irrappreżentata mill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, ġie spjegat kif Malta qed taħdem kontinwament biex id-drittijiet kulturali taċ-ċittadini jsiru dejjem iktar parti mill-ħajja ta’ kuljum.  Il-Ministru Bonnici semma numru ta’ inizjattivi ewlenin li ħadet Malta, fosthom it-tisħiħ leġiżlattiv tal-libertà tal-espressjoni artistika u l-introduzzjoni tal-Karta Nazzjonali għall-Istat tal-Artist, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ġusti fil-livell tal-għajxien tal-artisti.

Dr Bonnici qal li Malta fetħet l-aċċess għall-kultura permezz ta’ sistemi bħalma huma dawk marbuta mal-Passaport ta’ Heritage Malta, li toffri aċċess b’xejn għal mużewijiet u programmi edukattivi għall-istudenti, l-għalliema, u l-anzjani, biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fl-arti u l-kultura.

Il-Ministru Bonnici spjega li l-inklużjoni hija essenzjali u semma kif daħlu fis-seħħ fondi speċifiċi għal proġetti kulturali inkorporattivi. Dr Bonnici enfasizza li l-politika kulturali ta’ Malta qed tappoġġja d-diversità lingwistika u kulturali billi tippromwovi anke t-traduzzjoni u l-użu tal-Lingwa Maltija tas-Sinjali fl-ambjenti diġitali. 

Dr Bonnici għamel referenza wkoll għall-kultura bħala mezz li ġġib il-pajjiżi diversi jaħdmu flimkien u saħaq li din hi dimensjoni kruċjali favur iktar kooperazzjoni internazzjonali, b’enfasi partikulari għall-parteċipazzjoni tal-komunitajiet  u djalogu kulturali.

Il-Ministru Bonnici temm jgħid li l-Gvern Malti jibqa’ impenjat li jikkonverti l-ideat u d-dikjarazzjonijiet fi drittijiet kulturali b’mod prattiku fil-ħajja ta’ kuljum għal kulħadd f’dik li hu sejjaħ bħala d-demokratizzazzjoni tal-kultura kollha kemm hi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow