Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitħabbru d-dettalji dwar attività favur il-ħarsien tal-annimali li se tittella’ fix-Xagħra, Għawdex

PR251679
Date Icon 30/09/2025

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo flimkien mal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbru li nhar il-Ħadd, 5 ta' Ottubru 2025 se tittella' l-Pet Fun Day fi Pjazza Mitħna ta' Kola, fix-Xagħra, Għawdex. Din l-attività qed tiġi organizzata mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra, bl-appoġġ taż-żewġ ministeri kif ukoll ta' diversi entitajiet u għaqdiet oħra.

Il-Pet Fun Day se toffri esperjenza unika għall-familji u għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-annimali. Il-programm jinkludi dog shows, sessjonijiet edukattivi, stands ta' informazzjoni kif ukoll servizzi essenzjali bħal microchipping u pariri veterinarji. Din hija ġurnata li tgħaqqad flimkien id-divertiment u l-edukazzjoni, filwaqt li tqajjem aktar kuxjenza dwar il-kura u r-responsabbiltà lejn l-annimali.

Il-Ministru Anton Refalo stqarr kif, “Din l-attività mhijiex biss opportunità għal familji u sidien ta' annimali biex igawdu minn ġurnata mimlija attivitajiet, iżda wkoll messaġġ ċar favur il-ħarsien xieraq tal-annimali. Nirringrazzja lill-Kunsill Lokali tax-Xagħra, lill-għaqdiet tal-animal welfare, lill-veterinarji, NGOs u lill-voluntiera kollha li bl-impenn tagħhom qed jagħmlu dan l-avveniment possibbli. Grazzi għal din id-dedikazzjoni, il-Pet Fun Day ser tkun esperjenza memorabbli għal kull min jattendi."

Il-Ministru Clint Camilleri spjega, “Il-familji kollha huma mistiedna sabiex jiġu hawnhekk bl-annimali tagħhom. Aktar minn hekk, se jkun hawn diversi attivitajiet u sessjonijiet informattivi u żgur li sservi bħala ħarġa sabiħa għall-familji kollha f'dan ir-raħal tipiku, f'zona sabiħa u għaldaqstant inħeġġeġ lil kulħadd sabiex jagħmel appuntament għal nhar il-Ħadd li ġej hawnhekk fir-raħal tax-Xagħra biswit il-Mitħna ta' Kola."

Is-Sindku tax-Xagħra Victor Curmi qal “Bħala kunsill lokali aħna kburin ħafna li qed norganizzaw il-Pet Fun Day fix-Xagħra. Din hija inizjattiva li mhux biss toffri divertiment għall-familji kollha, iżda wkoll tgħin biex inkomplu nrawmu kultura ta' rispett u kura lejn l-annimali. Nixtieq nirringrazzja lill-Ministeri u lill-entitajiet kollha li qed jappoġġjaw din l-attività. Din hija waħda minn ħafna li nikkollaboraw flimkien u grazzi għal dan l-impenn inħarsu 'l quddiem li ntellgħu attività ta' suċċess."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitħabbru d-dettalji dwar attività favur il-ħarsien tal-annimali li se tittella’ fix-Xagħra, Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitħabbru d-dettalji dwar attività favur il-ħarsien tal-annimali li se tittella’ fix-Xagħra, Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow