Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Forzi Dixxiplinati ta’ Malta jingħaqdu flimkien fil-Belt Valletta f’ ċelebrazzjoni speċjali għas-Sena Ġubilari 2025

pr251675
Date Icon 29/09/2025

Il-Forzi Dixxiplinati ta’ Malta – il-Forzi Armati ta’ Malta, il-Korp tal-Pulizija, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ingħaqdu flimkien fil-Belt Valletta f’ċelebrazzjoni speċjali għas-Sena Ġubilari ta’ Tama 2025.

Bħala parti mill-festi tal-Ġublew, il-membri tal-forzi dixxiplinati nġabru fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta għal Quddiesa Solenni ppreseduta mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Il-liturġija sellmet is-servizz tal-persunal militari, tal-pulizija, tas-sigurtà u tal-emerġenza u s-salvataġġ, u rrikonoxxiethom bħala aġenti ta’ paċi, protezzjoni u tama fis-soċjetà Maltija.

Is-sena Ġubilari ta’ tama 2025, iddikjarata mill-Papa Franġisku, hija sena ddedikata biex trawwem tiġdid spiritwali, maħfra, solidarjetà, u tama fi żmien meta d-dinja qed tiffaċċja kunflitt f’partijiet differenti tad-dinja. Iċ-ċelebrazzjoni ddedikata għall-membri tal-forzi dixxiplinati tenfasizza l-irwol essenzjali tagħhom fil-ħarsien tas-sigurtà nazzjonali, fiż-żamma tal-ordni, u fis-servizz lill-komunità fi żminijiet ta’ bżonn.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol esprima gratitudni għall-kuraġġ, il-professjonaliżmu, u d-dedikazzjoni tal-forzi dixxiplinati ta’ Malta. “Il-forzi dixxiplinati ta’ pajjiżna jgħixu l-valuri tas-servizz u s-sagrifiċċju. Il-ħidma tagħhom tassigura li l-poplu Malti jkun jista’ jgħix b ’mod sigur u dinjituż, u ċ-ċelebrazzjoni tal-lum bir-raġun tonora l-kontribut tagħhom għall-pajjiż sigur għall-familji Maltin u Għawdxin,” qal il-Ministru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Forzi Dixxiplinati ta’ Malta jingħaqdu flimkien fil-Belt Valletta f’ ċelebrazzjoni speċjali għas-Sena Ġubilari 2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Forzi Dixxiplinati ta’ Malta jingħaqdu flimkien fil-Belt Valletta f’ ċelebrazzjoni speċjali għas-Sena Ġubilari 2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Forzi Dixxiplinati ta’ Malta jingħaqdu flimkien fil-Belt Valletta f’ ċelebrazzjoni speċjali għas-Sena Ġubilari 2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Forzi Dixxiplinati ta’ Malta jingħaqdu flimkien fil-Belt Valletta f’ ċelebrazzjoni speċjali għas-Sena Ġubilari 2025
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow