Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Imniedi journal akkademiku dwar il-ġeneru u s-sesswalità

PR251637
Date Icon 23/09/2025

Ftehim iffirmat mid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-Dipartiment tal-Istudji dwar il-Ġeneru u s-Sesswalità fl-Università ta’ Malta iffirmaw ftehim li permezz tiegħu ser jibda jiġi ppubblikat il-journal ASTARTE li ser jiffoka fuq studji akkademiċi dwar aspetti varji tal-ġeneru u tas-sesswalità fil-pajjiżi tal-Mediterran.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg li kienet preżenti għall-iffirmar tal-ftehim, qalet li din l-inizjattiva ser tipprovdi għal studji u sors awtorevoli ta’ informazzjoni li tkun fid-dominju pubbliku li tkopri l-identità tal-ġeneru b’enfasi fuq Malta u fil-pajjiżi ġirien fil-Mediterran.  Żiedet tgħid li l-journal Astarte li fil-kultura semitika kienet l-Alla tal-imħabba u l-fertilità, ser ikun pjattaforma għar-riċerkaturi f’dan is-settur li għandu bosta aspetti soċjali, umani u mediċi fost oħrajn.

Buttigieg qalet li dan huwa pass importanti ’l quddiem biex jikber l-għarfien u jissaħħaħ id-djalogu inter-Mediterranju biex iservi ta’ pont bejn l-għaqdiet nazzjonali u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, is-soċjetà ċivili u komunitajiet bit-twettieq ta’ politika li tirrispetta d-drittijiet umani bl-etika mistħoqqa.

Ir-Rettur tal-Università l-Professur Alfred Vella qal li dal-ftehim jissiġilla s-sħubija bejn l-esperjenza akkademika tal-Università u l-gvern permezz tad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem. Żied jgħid li d-dipartiment għall-istudji dwar il-ġeneru u s-sesswalità ser ikollu r-rwol editorjali li jassigura l-integrità tal-istudji li ser jiġu pubblikati. 

Il-journal Astarte ser jippubblika studji, artikli riċerkati bil-Malti u bl-Ingliż, bl-ewwel edizzjoni mistennija tkun pubblikata fl-aħħar kwart tas-sena d-dieħla. Il-ftehim jipprovdi wkoll biex isiru workshop u konferenza fejn jiġu ppreżentati r-riċerki li jkunu saru minn akkademiċi, studenti u attivisti.

Awturi li jixtiequ jippubblikaw ix-xogħlijiet tagħhom fl-ewwel edizzjoni ta’ Astarte ġew mistiedna jibagħtuhom fuq gender.fsw@um.edu.mt u jistgħu  jitolbu aktar informazzjoni mid-Dipartiment tal-Istudju tal-Ġeneru u s-Sesswalità fl-Università ta’ Malta.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Imniedi journal akkademiku dwar il-ġeneru u s-sesswalità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow