Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA L-Isptar Mater Dei jsaħħaħ is-servizzi ta’ Medical Imaging b’sistemi ġodda u avvanzati tal-ultrasound

pr251630
Date Icon 23/09/2025

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela inawgura erba' sistemi ġodda tal-ultrasound fl-Isptar Mater Dei fid-Dipartiment tal-Medical Imaging li bihom ser ikunu jistgħu jingħataw trattament avvanzat lill-pazjenti.

Dawn l-iscanners ta' livell għoli jipprovdu immaġini ta' riżoluzzjoni avvanzata għall-evalwazzjoni tal-organi addominali, pelviċi, muskoloskeletali, vaskulari, tas-sider u tat-tessuti rotob, kif ukoll jipprovdu gwida preċiża għal proċeduri interventivi.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif is-sistemi ta' dawn l-ultrasounds huma mgħammra b'teknoloġiji avvanzati, fosthom intelliġenza artifiċjali, elastografija shearwave għall-eżamijiet tal-fibrożi tal-fwied, u ultrasound bil-kuntrast, sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-ezamijiet, l-eżattezza dijanjostika kif ukoll l-ippjanar tal-kura. Qal, kif wieħed mill-iscanners se jkun ipprovdut lid-Dipartiment tal-Gastroenteroloġija, biex b'hekk ukoll se jiġi introdott servizz ġdid ta' ultrasound speċjalizzat għall-musrana ż-żgħira għall-ewwel darba.

“Dan l-investiment jirrifletti l-impenn tal-Gvern u tal-Ministeru tas-Saħħa u Anzjanità Attiva biex jiżgura li l-pazjenti f'Malta u Għawdex ikollhom aċċess għall-aktar teknoloġiji mediċi avvanzati u l-ogħla standards ta' kura. Flimkien mat-taħriġ u r-reklutaġġ kontinwu ta' radjologisti u radiographers, dan l-investiment se jgħin biex jitnaqqsu aktar il-listi ta' stennija għall-eżamijiet ta l-ultrasound u jissaħħaħ il-livell tas-servizzi offruti lill-pubbliku", temm jgħid Dr Abela.


Min-naħa tagħha Dr Martina Schembri Consultant Gastroenterologist, qalet kif “grazzi għal waħda minn dawk il-magni ser inkunu qed nibdew noffru servizz ta' Bowel Ultrasound. Dan isir permezz ta' ultrasound tal-musrana ż-żgħira u l-musrana l-kbira fejn ser tgħin biex ngħinu lil pazjenti fuq moniteraġġ ta' fjamazzjoni tal-murana u anke dwar trattamenti li qed jirċievi l-pazjent".

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA L-Isptar Mater Dei jsaħħaħ is-servizzi ta’ Medical Imaging b’sistemi ġodda u avvanzati tal-ultrasound
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA L-Isptar Mater Dei jsaħħaħ is-servizzi ta’ Medical Imaging b’sistemi ġodda u avvanzati tal-ultrasound
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow