Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Bormla se tkun qed tinbidel fi spazju kulturali miftuħ

pr251626
Date Icon 22/09/2025

Fi tmiem din il-ġimgħa, Bormla se tinbidel f'teatru miftuħ hekk kif se tkun qed titella' l-Cospicua Short Play Festival. Din se tkun it-tmien edizzjoni ta' din l-attività, organizzata mill-Kunsill Lokali ta' Bormla, li issa daħlet fil-kalendarju kulturali Bormliż.

Dettalji dwar din l-attività tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli u s-Sindku ta' Bormla Marco Agius. Ġie spjegat li nhar il-Ġimgħa 26 u s-Sibt 27 ta' Settembru, diversi artisti lokali se jkunu qed juru t-talenti tagħhom, fejn diversi toroq, ġonna u sqaqien f'Bormla se jinbidlu f'teatru miftuħ. L-attività se tkun qed tittella' permezz ta sostenn finanzjarju maħruġa minn skema tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li dan il-festival, apparti l-element kulturali tiegħu, huwa eżempju ta' għaqda fejn atturi lokali, kemm ġodda kif ukoll veterani, ikunu jistgħu jesponu t-talent tagħhom. Hija tenniet li permezz tas-sostenn finanzjarju li toffri d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, il-Kunsilli Lokali qed ikunu mgħejuna u mħeġġa jorganizzaw attivitajiet kulturali innovattivi għall-benefiċċju mhux tar-residenti biss, iżda anke għall-Maltin u l-Għawdxin li jżuru din l-attività.

“Il-Kunsilli Lokali għandhom rwol ċentrali fl-iżvilupp u fil-promozzjoni tal-komunitajiet tagħna. Bħala Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, ninsab kburija li permezz tal-iskemi ta' finanzjament li toffri d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, nistgħu ngħinu lill-kunsilli sabiex jorganizzaw attivitajiet kulturali ta' livell għoli. Aktar minn hekk, l-għan tagħna jibqa' li noħolqu mudell sostenibbli, sabiex attivitajiet bħal dawn jibqgħu jsiru sena wara sena," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku ta' Bormla Marco Agius qal li din l-attività soċjokulturali se tkun tikkonsisti fi 8 plays minn artisti differenti, f'postijiet differenti ġewwa Bormla. Dawn se jkunu mifruxa fi Ġnien fi Triq Santa Margerita, Misraħ Bormla, Triq id-Dejqa, Suq Bonnici, Triq il-Gendus, Triq Matty Grima u Triq San Ġorg. Qal kif din l-attività għandha l-għan li tgħaqqad il-komunità Bormliża permezz tal-arti u l-kultura.

“Fl-aħħar snin bħala Kunsill Lokali rajna li minn żmien għal żmien intellgħu attivitajiet varji, sew jekk hux kultura jew inkella divertiment. Irridu li l-Kottonera tkun imżewqa b'aktar attivitajiet minn dawn. Sabiex inkomplu nħeġġu nies anke minn barra lokal jattendu ħadna ħsieb li jkun hawn Park & Ride bejn is-sebgħa (7) ta' filgħaxija sal-ħdax (11) ta filgħaxija. Il-Park & Ride se jkun mill-Iskola ta Verdala, Kulleġġ Santa Margerita, kif ukoll mill-bus stops ta' San Ġwann T'Għuxa, San Pawl u mill-bus stop ta' quddiem il-każin tal-banda ta' San Ġorġ,"qal is-Sindku ta' Bormla.

Intant, preżenti għal din l-attività kien hemm id-Direttur Ġenerali għall-Kunsilli Lokali Emil Vassallo, id-Direttriċi Marisa Pisani, kif ukoll il-kunsilliera mill-Kunsill Lokali ta' Bormla u artisti li qed jieħdu sehem f'din l-attività.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Bormla se tkun qed tinbidel fi spazju kulturali miftuħ
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Bormla se tkun qed tinbidel fi spazju kulturali miftuħ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow