Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Triq Anton Tabone f’Ta’ Sannat tingħata l-ewwel kisja tarmak wara li tlestew ix-xogħlijiet ta’ titjib

pr251618
Date Icon 20/09/2025

Waqt żjara li għamel fi Triq Anton Tabone, il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li ngħatat l-ewwel kisja tarmak u tlestew xogħlijiet ta’ titjib f’din it-triq li tgħaqqad ir-raħal Ta’ Sannat ma’ Taċ-Ċawla.

Il-Ministru Camilleri spjega li, “Ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu fit-tqegħid ta' pajpijiet tan-new water li jwasslu ilma għat-tisqija lill-bdiewa f’din iż-żona li tifred Ta’ Sannat mal-bqija tar-Rabat, l-installazzjoni ta’ culverts għall-ġbir tal-ilma tax-xita sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ għargħar li tgħaqqad mal-proġett tal-pjazza Ta’ Sannat li sar qabel, kif ukoll tpoġġa cable ġdid tal-elettriku mill-Enemalta biex titjieb il-provvista tal-elettriku fl-inħawi.” Minbarra dawn l-installazzjonijiet ta' servizzi ġodda, din il-parti tat-triq ingħatat it-tarmak mill-ġdid.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri temm jgħid li l-ħdima se tkompli sabiex isiru toroq mill-ġdid u aktar toroq jiġu rranġati u jingħataw dehra aħjar bil-għan li jgawdu r-residenti Għawdxin u dawk kollha li jżuru Għawdex.

Dan il-proġett sar b’kollaborazzjoni ma’ diversi entitajiet fosthom l-Enemalta u l-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Triq Anton Tabone f’Ta’ Sannat tingħata l-ewwel kisja tarmak wara li tlestew ix-xogħlijiet ta’ titjib
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Triq Anton Tabone f’Ta’ Sannat tingħata l-ewwel kisja tarmak wara li tlestew ix-xogħlijiet ta’ titjib
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow