Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Hidden Malta, programm speċjali fil-prime-time fuq PBS-TV, jiddebutta fi New York u juri l-preżenza dejjem tikber ta’ Malta fl-Istati Uniti

pr251612
Date Icon 19/09/2025

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ospitat il-wiri għall-ewwel darba fl-Istati Uniti ta’ Hidden Malta, produzzjoni televiżiva internazzjonali ta’ siegħa, fi New York, il-Ħamis filgħaxija.

Hidden Malta huwa prodott u ppreżentat mill-editur tal-ivvjaġġar ta’ CBS News u l-ġurnalist rebbieħ ta’ bosta premjijiet Emmy, Peter Greenberg. Ser jixxandar fil-ħarifa fuq l-istazzjon Amerikan PBS-TV, madwar l-Istati Uniti, sabiex imbagħad ikun disponibbli fuq Amazon Prime, Apple TV+ u YouTube.

Fost il-mistiedna għal din is-serata kien hemm id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, l-Ambaxxatur ta’ Malta fl-Istati Uniti, Godfrey Xuereb, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Magħquda, Natasha Meli-Daudey, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-MTA Carlo Micallef, ir-Rappreżentanta tal-MTA fl-Amerika ta’ Fuq, Michelle Buttigieg, kif ukoll rappreżentanti oħra tal-MTA u oħrajn involuti f’din l-industrija. 

Id-Deputat Prim Ministru spjega li dan l-avveniment qed iseħħ f’ġimgħa partikolarment sinifikanti fir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Istati Uniti. “Kollox qed jingħaqad flimkien. Bdejna l-ġimgħa bl-aħbar li linja ewlenija Amerikana tal-ajru, Delta Airlines, se tibda topera titjiriet diretti bejn Malta u New York, u llum qegħdin hawn inniedu dan id-dokumentarju. Dan il-mument jiftaħ il-bieb għal era ġdida fejn Malta ssir mhux biss eħfef biex tasal għaliha, imma wkoll impossibbli li tinsa. Hidden Malta hija aktar minn film – hija stedina,” qal Dr Borg. 

Peter Greenberg iddeskriva s-serata tal-wiri tal-programm għall-ewwel darba bħala l-qofol ta’ vjaġġ twil ta’ għaxar snin biex iwassal l-istorja ta’ Malta quddiem udjenza internazzjonali. Spjega x-xogħol estensiv li sar sabiex jiġu skoperti lati inqas magħrufa tal-pajjiż. “Illejla kienet il-quċċata ta’ snin ta’ xogħol, riċerka, u loġistika biex nippruvaw nagħtu ġustizzja lil Malta. Biex nuru teżori moħbija, affarijiet li m’humiex fil-kotba jew fil-fuljetti,” hu stqarr. 

Carlo Micallef, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, osserva li s-serata kienet mhux biss ċelebrazzjoni ta’ Hidden Malta, iżda wkoll riflessjoni tal-investiment kontinwu biex Malta tikseb sehem b’saħħtu fis-suq Amerikan. “Dan huwa r-riżultat ta’ snin ta’ dedikazzjoni, u llum qed naraw il-frott ta’ din il-ħidma. Is-suq Amerikan huwa wieħed li jagħti riżultati, u li qed ikompli jikber b’saħħtu,” huwa qal.

Billi tesplora esperjenzi li jmorru lil hinn mill-attrazzjonijiet tradizzjonali, mis-salini tal-melħ f’Għawdex u l-arti tal-madum Malti, għas-sajd bil-luzzu u l-logħob tradizzjonali, Hidden Malta tippreżenta l-gżejjer Maltin bħala destinazzjoni mogħnija bl-awtentiċità, il-kultura u l-istorja. Il-programm juri l-karattru uniku ta’ Malta, u jirrappreżenta mument ta’ sodisfazzjon fid-diplomazija kulturali, billi jwassal l-istorja tan-nazzjon fuq waħda mill-aktar pjattaformi rispettati tax-xandir fid-dinja. Dan huwa pass sinifikanti biex jiżdied il-profil globali tal-pajjiż, u joffri aktar tagħrif dwar it-tradizzjonijiet, il-wirt u l-ġmiel uniku tal-gżejjer Maltin lil miljuni ta’ telespettaturi.  

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Hidden Malta, programm speċjali fil-prime-time fuq PBS-TV, jiddebutta fi New York u juri l-preżenza dejjem tikber ta’ Malta fl-Istati Uniti
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Hidden Malta, programm speċjali fil-prime-time fuq PBS-TV, jiddebutta fi New York u juri l-preżenza dejjem tikber ta’ Malta fl-Istati Uniti
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Hidden Malta, programm speċjali fil-prime-time fuq PBS-TV, jiddebutta fi New York u juri l-preżenza dejjem tikber ta’ Malta fl-Istati Uniti
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Hidden Malta, programm speċjali fil-prime-time fuq PBS-TV, jiddebutta fi New York u juri l-preżenza dejjem tikber ta’ Malta fl-Istati Uniti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow