Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-Programm edukattiv taċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora 2025-26

pr251599
Date Icon 18/09/2025

Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora nieda uffiċjalment il-Programm Edukattiv tiegħu għas-sena skolastika 2025–2026, billi afferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jispira l-kurżità u jippromwovi l-edukazzjoni STEAM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Arti, u Matematika) madwar Malta u Għawdex.

Fid-diskors tiegħu waqt it-tnedija tal-programm, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qal, “B'dan il-programm qed naffermaw il-ħidma tagħna f'settur importanti tas-sistema edukattiva, biex aktar studenti jagħżlu suġġetti STEAM. Permezz ta' dan il-programm edukattiv xjentifiku, programm li b'mod hands on iwassal ix-xjenza lill-istudenti tagħna ta' kull età, qegħdin inkomplu nġeddu l-impenn tagħna lejn edukazzjoni li tgħaqqad l-għarfien mal-kreattività. L-edukazzjoni għandha tkun ħajja u rilevanti, u dan huwa dak li qed naraw illum".

It-tnedija saret fil-preżenza ta' edukaturi u partijiet interessati ewlenin fl-edukazzjoni u r-riċerka. Dawk preżenti ngħataw previżjoni tal-attivitajiet mill-Programm Edukattiv il-ġdid, kif ukoll wirjiet live fit-Teatru tax-Xjenza. Preżenti kien hemm uffiċjali ewlenin tal-gvern, li faħħru l-kontribut ta' Esplora lejn is-setturi tal-edukazzjoni u l-innovazzjoni f'Malta.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, fl-intervent tiegħu waqt it-tnedija qal, "Ċentri tax-xjenza bħal Esplora għandhom rwol importanti fit-trawwim tal-kreattività u l-ħsieb xjentifiku. L-investiment f'STEAM huwa investiment fil-futur ta' pajjiżna."

Id-Direttur Anzjan għal Esplora Mary Ann Cauchi fid-diskors tagħha enfasizzat l-importanza tal-integrazzjoni tal-arti fl-edukazzjoni STEM biex tinħoloq esperjenza ta' tagħlim aktar ħolistika. “Meta nħaddnu l-'A' f'STEAM, inkunu qegħdin inqanqlu s-sens ta' kreattività flimkien mal-inkjesta xjentifika. L-arti għandha rwol importanti għax tgħin lill-istudenti jagħmlu konnessjonijiet, jesprimu ideat, u jaħsbu b'mod kritiku. Il-programm ta' din is-sena jirrifletti t-twemmin tagħna li l-innovazzjoni tiffjorixxi meta x-xjenza u l-kreattività jimxu id f'id," qalet Cauchi.

Kiki Mizzi, Deputat Direttur għall-Impenn STEAM, ippreżentat l-istruttura aġġornata tal-programm, filwaqt li enfasizzat l-allinjament tiegħu mal-kurrikulu nazzjonali u l-aċċessibbiltà tiegħu għall-istudenti ta' kull sfond u kapaċità. “L-inklussività hija fil-qalba ta' dak kollu li nagħmlu. Aħna sawwarna dan il-programm biex niżguraw li kull student, irrispettivament mill-età, il-kapaċità, jew l-istil tat-tagħlim, ikollu l-opportunità li jimpenja ruħu b'mod sinifikanti max-xjenza. Billi nallinjaw mill-qrib mal-kurrikulu, qed nappoġġjaw ukoll lill-edukaturi fil-mod kif iwasslu l-kontenut li huwa kemm rilevanti kif ukoll ta' ispirazzjoni," qalet Mizzi.

Aktar informazzjoni dwar il-programm edukattiv taċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora 2025-26 tinsab fuq www.esplora.org.mt jew billi tintbagħat email fuq education@esplora.org.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-Programm edukattiv taċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora 2025-26
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-Programm edukattiv taċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora 2025-26
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-Programm edukattiv taċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora 2025-26
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow