Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: L-ARPA tilqa' talbiet mill-bdiewa għar-reġistrazzjoni ta' art agrikola biex ikunu eliġibbli għal għajnuna finanzjarja u jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom fil-qasam agrikolu

PR251584
Date Icon 17/09/2025

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, permezz tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli Rurali (ARPA), qed jilqa' talbiet mingħand il-bdiewa biex fost oħrajn isir it-trasferiment u r-reġistrazzjoni tal-art agrikola li għandhom jiġu inklużi għall-għajnuna finanzjarja u b'hekk ikomplu jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom fil-qasam agrikolu.

Matul il-perjodu annwali ta' rikjesti, li din is-sena se jibqa' miftuħ sas-26 ta' Settembru 2025, il-bdiewa f'pajjiżna jistgħu jagħmlu trasferiment ta' art; jirreġistraw l-art tagħhom sabiex tkun inkluża fi skemi ta' għajnuna bbażati fuq l-art; japplikaw bidliet fl-użu tal-art sabiex jiġġeneraw appoġġ fuq art li bħalissa mhijiex eliġibbli; u jirreġistraw l-art tagħhom taħt l-Ekoskemi jew l-'Environmental, Climate-related and other Management Commitments' (AECCs)  bħala parti mill-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni 2023–2027.

Il-Ministru Anton Refalo spjega li “dan kollu mhux biss jgħin lill-bdiewa Maltin u Għawdxin jibqgħu aġġornati mal-ħtiġijiet Ewropej u lokali, imma wkoll jikkontribwixxi biex l-agrikoltura tagħna tibqa' kompetittiva u sostenibbli. Permezz ta' dan il-perjodu ta' rikjesti, pajjiżna jista' jgawdi minn investiment sa €3.5 miljun f'fondi Ewropej. Dawn huma fondi li jitwasslu direttament lill-komunità agrikola Maltija u b'hekk inkunu nistgħu inkomplu ngħinu lill-bdiewa f'pajjiżna jaqilgħu ħobżhom b'dinjità, filwaqt li nħarsu 'l quddiem lejn futur aktar sostenibbli għall-agrikoltura."

Il-Ministru Refalo temm billi rringrazzja lill-bdiewa kollha għal-ħidma imprezzabbli tagħhom u tenna li l-Gvern kommess li jibqa' jaħdem magħhom sabiex l-agrikoltura tibqa' pilastru ta' identità, tradizzjoni, u sostenibbiltà.

Il-bdiewa jistgħu jagħmlu t-talbiet tagħhom jew fil-Front Office tal-ARPA fil-Pitkalija, jew fl-Uffiċċju ta' Għawdex fil-Farm Esperimentali tal-Gvern. Hemmhekk, l-uffiċjali tal-ARPA se jkunu disponibbli biex jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa u jwieġbu l-mistoqsijiet tal-bdiewa.

Ritratt: MAFA

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: L-ARPA tilqa' talbiet mill-bdiewa għar-reġistrazzjoni ta' art agrikola biex ikunu eliġibbli għal għajnuna finanzjarja u jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom fil-qasam agrikolu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow