STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jilqa’ l-Kap tal-Oppożizzjoni
pr251569
15/09/2025
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, laqa' ġewwa l-uffiċċju tiegħu lil Alex Borg wara l-ħatra tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni.
L-Ispeaker saħaq li l-Kamra tad-Deputati tibqa' d-dar tal-poplu kollu, fejn kull vuċi għandha postha u fejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni jingħataw l-istess opportunità biex jservu d-demokrazija b'mod serju u miftuħ.
F'dan il-kuntest, l-Ispeaker tenna li r-rwol tal-Oppożizzjoni hu essenzjali biex jikkontribwixxi fil-bini ta' politika nazzjonali li ssaħħaħ il-ġid komuni.
L-Ispeaker temm billi awgura lil Alex Borg sabiex imexxi dan ir-rwol b'serenità u b'dedikazzjoni lejn il-ġid ta' Malta u Għawdex kollha.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN