Left arrow Go Back

​​ STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jirritorna d-Dock Music Festival 2025, f’Baċir Numru 1 f’Bormla

pr251564
Date Icon 15/09/2025

Nhar is-Sibt 20 ta’ Settembru, se jirritorna f’Baċir Numru 1 f’Bormla, id-Dock Music Festival. Dan l-avveniment, li hu bla ħlas, se jkun qed joffri lejla mill-isbaħ miżgħuda b’mużika popolari, b’talent lokali u internazzjonali.

Id-dettalji tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera Joe Mizzi u s-Sindku ta’ Bormla Marco Agius.

Dan l-avveniment se joħloq atmosfera mill-isbaħ fl-isfond ta’ arkitettura li għadha kif ġiet restawrata u għalhekk jagħmlu sfond perfett għal din il-lejla ta’ mużika. Fost l-artisti se jkun hemm id-‘Drop Out Band’, Fabrizio Faniello, Petra Zammit, kif ukoll it-tribute artist Roy in the Legend.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet kif din l-attività se tkun qed toffri lejla mill-isbaħ b’mużika popolari minn talent lokali u internazzjonali u se tittella’ proprju ħdejn il-baħar fl-isfond tal-ibliet tal-Kottonera.

“Il-Fondazzjoni Kottonera ilha għal dawn l-aħħar snin tuża l-Baċir Nru. 1 għall-attivitajiet tagħha, u għaldaqstant qed tagħti l-opportunità lin-nies tal-Kottonera sabiex  jattendu għal wirjiet ta’ dan il-livell proprju fl-akwati tagħhom stess. Apparti minn hekk, dawk kollha li jagħżlu li jqattgħu tmiem il-ġimgħa fil-Kottonera jistgħu jgawdu minn dan l-avveniment bla ħlas. Inħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jattendi għal dan l-avveniment li se joffri esperjenza unika għal dak kollu li toffri Bormla u l-Kottonera,” qalet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Hija temmet tgħid li l-Gvern se jibqa’ jkun ta’ spalla għall-Fondazzjoni Kottonera sabiex jibqa’ jisfrutta l-potenzjal tal-Kottonera b’avvenimenti bħal dawn.

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera, Joe Mizzi qal li l-Fondazzjoni qed isir sinonima ma’ dawn it-tipi ta’ avvenimenti li qed joħolqu sens ta’ komunità fost l-erba’ lokalitajiet tal-Kottonera. Sostna li dawn l-avvenimenti qed jattiraw ukoll persuni minn barra l-Kottonera u dan jawgura tajjeb għall-viżjoni tal-Fondazzjoni li tagħmel mill-Kottonera destinazzjoni għal kulħadd.

“Wara s-suċċess tas-snin ta’ qabel, inħarsu ’l quddiem biex nippreżentaw ir-raba’ edizzjoni ta’ Dock Music, b’din l-edizzjoni se tkun ikbar mill-edizzjonijiet ta’ qabilha. L-għan tagħna hu li norganizzaw lejla sabiħa għall-familji kollha, mit-tfal sal-anzjani, b’mużika u spettaklu b’xejn għal kulħadd. Dock Music mhux sempliċiment kunċert, iżda joħloq sens ta’ komunità għaliex jgħaqqad lin-nies f’wieħed mill-ispazji l-iktar storiċi f’Malta, il-Baċir Nru. 1,” stqarr Joe Mizzi.

Min-naħa tiegħu s-Sindku ta’ Bormla, Marco Agius, qal kif din il-belt qed tkun iċ-ċentru ta’ diversi attivitajiet li qed jiġu organizzati fil-Kottonera, fejn apparti d-Dock Music semma wkoll l-avveniment annwali ta’ lejlet l-Ewwel tas-Sena. Spjega kif dan il-Baċir huwa spettakolari fih innifsu hekk kif inbena fl-1848 u sar wieħed mill-iktar spazji miftuħa ħdejn il-baħar uniċi f’Malta, hekk kif iżewweġ il-wirt marittimu ma’ arkitettura ta’ sekli sħaħ.

“Permezz tal-Baċir pittoresk fiċ-ċentru ta’ Bormla, qed ngħollu l-livell ta’ din il-lokalità għal waħda ta’ eċċellenza fejn jidħlu avvenimenti bħal dawn. Inħeġġeġ għalhekk lin-nies tal-Kottonera u oħrajn għal din l-opportunità sabiex iqattgħu ftit ħin ta’ kwalità fl-isfond tal-Port il-Kbir,” temm jgħid is-Sindku ta’ Bormla.

Dock Music Festival se jittella’ nhar is-Sibt 20 ta’ Settembru, fis-19:30. L-avveniment qed jiġi organizzat mill-Fondazzjoni Kottonera bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla, Palumbo Shipyard, Port Logistics Operations u l-American University of Malta.

​​ STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jirritorna d-Dock Music Festival 2025, f’Baċir Numru 1 f’Bormla
​​ STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jirritorna d-Dock Music Festival 2025, f’Baċir Numru 1 f’Bormla
​​ STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jirritorna d-Dock Music Festival 2025, f’Baċir Numru 1 f’Bormla
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow