Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Attività ta’ tindif tal-bajjiet u taħt l-ilma organizzata permezz ta’ proġett iffinanzjat mill-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS)

pr251558
Date Icon 13/09/2025

Is-St John Ambulance and Rescue, flimkien ma’ Coast is Clear, Calypso Sub Aqua, kif ukoll ħaddiema mill-Forzi Armati ta’ Malta u l-Protezzjoni Ċivili, organizzaw attività ta’ tindif tal-bajjiet u taħt l-ilma fiċ-Ċirkewwa, bil-għan li jippromwovu r-responsabbiltà ambjentali. Din saret bħala parti minn proġett ta’ €20,000 mill-fondi tal-iskema Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS) amministrati mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS).

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, Julia Farrugia, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-MCVS, Mauro Pace Parascandalo, irringrazzjaw lis-70 voluntier għall-ħidma tagħhom f’tindif kbir ta’ uċuħ tal-irdumijiet inaċċessibbli u ta’ taħt l-ilma, li sar f’kollaborazzjoni ma’ diversi għaqdiet u entitajiet oħra. B’kollox, inġabru aktar minn nofs tunnellata skart.

Dan il-proġett għandu l-għan li jtejjeb il-kapaċitajiet tal-voluntiera ta’ St John Ambulance and Rescue biex jipproteġu s-sigurtà tal-pubbliku, filwaqt li jippromwovi kultura ta’ għarfien u prevenzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà. Il-proġett jinkludi x-xiri ta’ vettura ta’ salvataġġ innovattiva u speċjalizzata għal salvataġġ kostali bil-ħabel u fl-ilma. Dan it-tagħmir jista’ jintuża wkoll f’każ ta’ għargħar.

Bil-flotta li tinkludi trakkijiet tat-tifi tan-nar, vetturi, dgħajjes, tagħmir u voluntiera mħarrġa, is-St John Ambulance and Rescue tassisti regolarment lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) f’emerġenzi bħal nirien kbar, operazzjonijiet ta’ search and rescue, u salvataġġi fuq il-baħar. Din il-vettura għaldaqstant se tkun kruċjali biex jiġi offrut servizz aħjar. Barra minn hekk, is-St John torganizza u tappoġġja wkoll attivitajiet ambjentali, kemm fuq l-ilma kif ukoll fuq l-art, u din il-vettura se tkun utli għal dan il-għan ukoll.

Il-Ministru Julia Farrugia spjegat kif “din l-inizjattiva turi b’mod ċar il-qawwa u l-valur kbir tal-volontarjat f’pajjiżna. Il-voluntiera tagħna mhux biss qed jagħtu ħinhom u l-enerġija tagħhom biex intejbu l-ambjent u nipproteġu r-riżorsi naturali tagħna, iżda wkoll qed jibnu kultura ta’ solidarjetà u responsabbiltà li hi fundamentali għal soċjetà aktar ġusta u inklużiva. Il-Gvern jemmen bis-sħiħ fil-ħidma tal-voluntiera u hu għalhekk li permezz tal-iskemi bħall-VOPS qed inkomplu ninvestu fl-għaqdiet volontarji biex dawn ikollhom l-għodda u r-riżorsi meħtieġa biex ikomplu jwettqu l-missjoni tagħhom u aktar proġetti fil-komunitajiet tagħna. Il-volontarjat hu l-qalba ta’ komunità vibranti u b’saħħitha, u flimkien irridu nkomplu nsaħħu l-appoġġ għal dawn il-persuni li jħallu impatt pożittiv fuq il-ħajja ta’ kulħadd,” temmet tgħid il-Ministru. 

Min-naħa tiegħu, Christopher Borg Cardona, Kummissarju tas-St John Ambulance and Rescue Corps, sostna li din l-inizjattiva hi xhieda tal-benefiċċju minn inizjattivi bħal VOPS li permess tagħhom l-voluntiera jiġu mgħejuna b’tagħmir speċjalizzat. Huwa spjega li l-apparat akkwistat permezz ta’ fondi allokati mhux biss qed jintuża għall-operazzjonijiet ta’ salvataġġ, iżda wkoll biex jikkontribwixxi biex il-baħar tagħna jinżamm aktar nadif.

Min-naħa tiegħu, Mauro Pace Parascandalo, irringrazzja lis-St John Ambulance and Rescue għax-xogħol kollu li jagħmlu biex jipproteġu kemm lill-pubbliku u anki lill-ambjent, b’dawn l-inizjattivi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Attività ta’ tindif tal-bajjiet u taħt l-ilma organizzata permezz ta’ proġett iffinanzjat mill-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS)
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Attività ta’ tindif tal-bajjiet u taħt l-ilma organizzata permezz ta’ proġett iffinanzjat mill-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS)
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Attività ta’ tindif tal-bajjiet u taħt l-ilma organizzata permezz ta’ proġett iffinanzjat mill-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS)
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Attività ta’ tindif tal-bajjiet u taħt l-ilma organizzata permezz ta’ proġett iffinanzjat mill-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS)
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow