Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha fis-settur tas-semikondutturi bit-tnedija tal-Malta Semiconductor Competence Centre

pr251553
Date Icon 12/09/2025

Malta uffiċjalment nediet il-Malta Semiconductor Competence Centre (MSCC), pass importanti li jsaħħaħ ir-rwol tal-pajjiż fis-settur Ewropew tas-semikondutturi.

L-MSCC hija inizjattiva mmexxija minn Malta Enterprise f'isem il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi f'kollaborazzjoni mal-Università ta' Malta, l-MCAST, il-Malta Digital Innovation Authority (MDIA) u Silicon Catalyst EU Ltd. Iċ-ċentru jiġbor flimkien id-dinja akkademika, ir-riċerka u l-industrija sabiex tinħoloq ekosistema li tappoġġa l-innovazzjoni, tiżviluppa l-ħiliet u toħloq opportunitajiet ġodda għall-istartups.

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, iddeskriva l-MSCC bħala, “Ċentru li qed iqiegħed lil Malta fil-qalba tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi. Mhux biss ċentru għat-teknoloġija, iżda pont li jgħaqqad it-talent, l-ideat u l-ambizzjoni tal-innovaturi tagħna man-netwerk usa' Ewropew. Permezz ta' din il-kollaborazzjoni qed nibnu aktar kompetittività, nattiraw opportunitajiet ġodda u niżguraw li l-ħaddiema u n-negozji Maltin ikomplu jirnexxu fl-era diġitali."

Waħda mill-prijoritajiet ewlenin taċ-ċentru hi li jipprepara lill-ħaddiema għall-ħtiġijiet dejjem jikbru tal-industrija tas-semikondutturi. Permezz ta' korsijiet speċjalizzati, micro-credentials, taħriġ immexxi mill-industrija u inizjattivi ta' riċerka, l-MSCC se jgħin kemm lill-professjonisti tal-lum kif ukoll lill-ġenerazzjonijiet il-ġodda biex ikunu lesti għall-bidliet globali f'dan is-settur.

Bħala parti mill-imsieħba tiegħu ma' Silicon Catalyst EU, l-MSCC nieda wkoll il-programm ChipStartEU biex jappoġġa lill-istartups fid-disinn taċ-chips. Aktar minn 40 kumpanija diġà ressqu l-applikazzjoni tagħhom, bi12 minnhom ser jingħażlu bħala l-ewwel ġemgħa ta' kumpaniji. Dawn l-istartups se jibbenefikaw minn aċċess għan-netwerk globali ta' Silicon Catalyst, li jgħinhom jittrasformaw l-ideat tagħhom f'suċċessi kummerċjali.

L-MSCC għandu wkoll rwol importanti fl-appoġġ ta' strateġiji Ewropej bħall-European Chips Act u l-proġetti IPCEI. Permezz ta' alleanzi ma' organizzazzjonijiet ewlenin bħall-IMEC, ARM u n-Netwerk Ewropew ta' Competence Centres, Malta qed tattira startups u scale-ups internazzjonali li jsaħħu r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni lokalment.

Matul din is-sena, Malta se tospita l-Global Semiconductor Conference f'Novembru, kif ukoll il-European Forum for Electronic Components and Systems fl-2025, u b'hekk qed tikkonsolida aktar il-pożizzjoni tagħha bħala attur ewlieni fis-settur Ewropew tas-semikondutturi.

It-tnedija tal-Malta Semiconductor Competence Centre mhijiex biss infrastrutturali iżda viżjoni ċara għall-futur. Din il-viżjoni tmur id f'id mal-Viżjoni Malta 2050, li tagħti prijorità lill-iżvilupp sostenibbli, l-avvanz teknoloġiku u ekonomija reżiljenti mmexxija minn kapital uman b'saħħtu.

George Gregory, Kap Eżekuttiv ta' Malta Enterprise, ikkonkluda li, “Il-Malta Semiconductor Competence Centre huwa pass kuraġġuż 'il quddiem għall-pajjiż tagħna. Huwa katalist għall-innovazzjoni, pjattaforma biex inrawmu t-talent u mezz biex inħaddnu kollaborazzjoni internazzjonali. Billi ngħaqqdu r-riċerka, l-industrija u l-intrapriża, qed niżguraw li Malta jkollha rwol sinifikanti fil-futur tas-semikondutturi fl-Ewropa. Dan huwa biss il-bidu, u Malta Enterprise tibqa' impenjata li tmexxi 'l quddiem dan is-settur u toħloq opportunitajiet li jibbenefikaw minnhom il-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta' għada."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha fis-settur tas-semikondutturi bit-tnedija tal-Malta Semiconductor Competence Centre
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha fis-settur tas-semikondutturi bit-tnedija tal-Malta Semiconductor Competence Centre
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha fis-settur tas-semikondutturi bit-tnedija tal-Malta Semiconductor Competence Centre
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow