Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jiltaqa’ mal-Aġent Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Libja, Taher Al Baour, f’Malta

pr251536
Date Icon 10/09/2025

Diskussjonijiet dwar il-migrazzjoni, il-kummerċ, ir-relazzjonijiet mal-UE u temi reġjonali

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg, laqa’ f’Malta lill-Aġent Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Istat tal-Libja, Taher Al Baour, f’Malta, għal taħditiet bilaterali, l-Erbgħa filgħodu.

Iż-żewġ pajjiżi ddiskutew kollaborazzjonijiet f’diversi oqsma, fosthom il-migrazzjoni, il-kummerċ u r-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea, kif ukoll kwistjonijiet globali kurrenti, fosthom l-aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna u l-kunflitt f’Gaża.

Id-Deputat Prim Ministru Borg radd ħajr lill-Ministru Al Baour tal-opportunità biex jitkellmu dwar l-isfidi politiċi attwali fil-Libja. “Malta tibqa’ impenjata li tappoġġja inizzjattivi għall-paċi u l-istabbiltà, b’enfasi fuq l-interessi u l-benesseri tal-poplu Libjan. Inħeġġu lil dawk kollha involuti biex jappoġġjaw il-proċess demokratiku ta’ tranżizzjoni u jevitaw kwalunkwe att li jista’ jxekklu,” stqarr Dr Borg.

Dr Borg faħħar ukoll lill-awtoritajiet Libjani għall-impenn tagħhom fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari. Tenna li Malta tinsab lesta li tkompli toffri l-appoġġ tagħha permezz ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ, skambju ta’ tagħrif, u ħidmiet oħra konġunti fuq diversi livelli.

Iż-żewġ Ministri ddiskutew ukoll inizjattivi tal-Unjoni Ewropea fil-Libja u fil-Mediterran, fosthom il-European Union Border Assistance Mission in Libya (EUBAM Libya), li taħdem biex issaħħaħ is-sigurtà fil-fruntieri, ittejjeb il-ġestjoni tal-migrazzjoni, u tappoġġja l-governanza.

Dr Borg informa wkoll lill-Ministru Al Baour dwar l-intenzjoni ta’ Malta li tirrikonoxxi formalment l-Istat tal-Palestina waqt il-Laqgħa Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, fi New York, aktar tard dan ix-xahar. Huwa tenna s-sejħa ta’ Malta għall-waqfien immedjat mill-ġlied f’Gaża, għad-de-eskalazzjoni fil-Lvant Nofsani u lil hinn minnu, kif ukoll għar-rilaxx bla kundizzjonijiet tal-ostaġġi kollha u għat-tneħħija tal-ostakli li jxekklu l-għajnuna umanitarja lill-poplu f’Gaża.

Il-Ministru Al Baour irringrazzja lil Malta għall-ospitalità tagħha u għall-appoġġ li tagħti lill-poplu Libjan. “Illum f’Malta qed nistħarrġu opportunitajiet ġodda għall-pajjiżi tagħna. Ir-relazzjonijiet storiċi bejn Malta u l-Libja qed ikomplu jissaħħu, u nħarsu ’l quddiem biex inkomplu naħdmu flimkien fis-snin li ġejjin,” huwa qal.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jiltaqa’ mal-Aġent Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Libja, Taher Al Baour, f’Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jiltaqa’ mal-Aġent Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Libja, Taher Al Baour, f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow