Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jinstemgħu l-proposti tat-tfal u ż-żgħażagħ waqt l-avveniment ‘Young Gozitans’ Vision for 2050’

PR251534
Date Icon 10/09/2025

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri flimkien mal-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli indirizzaw avveniment għall-Viżjoni ta’ Għawdex 2050 fejn semgħu l-proposti u l-aspirazzjonijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ Għawdxin għall-preżent u l-futur tal-gżira Għawdxija.

Din il-laqgħa kienet organizzata mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar flimkien mal-Malta Foundation for the Wellbeing of Society u l-Kunsilli Lokali tat-Tfal f’Għawdex bħala parti mill-Viżjoni Malta 2050. 

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li dan l-avveniment ma kienx sempliċi laqgħa, iżda ċelebrazzjoni tal-enerġija, il-kreattività u l-viżjoni taż-żgħażagħ Għawdxin. Huwa sostna li l-vuċi tat-tfal u ż-żgħażagħ għandha tkun fiċ-ċentru tal-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, għax huma mhux biss il-futur ta’ Għawdex, imma wkoll parti mill-preżent tiegħu.

Il-Ministru Camilleri rringrazzja lit-tfal kollha li pparteċipaw fil-workshops fejn b’ideat friski u kuraġġużi rrimarkaw fuq temi bħall-ambjent, il-komunità, it-tkabbir sostenibbli u s-servizzi aħjar. Huwa saħaq li dawn il-fehmiet huma prova ta’ kemm iż-żgħażagħ huma impenjati u lesti jagħtu sehemhom biex jiffurmaw viżjoni għal Għawdex aktar ġust u sostenibbli.

Hu temm jgħid li l-kontribut tat-tfal għandu valur kbir għax jagħti direzzjoni ċara dwar kif għandhom jiġu ffurmati l-politiki u l-prijoritajiet tal-gżira. “Nixtieq infakkar li l-ħsieb, il-ħolm u l-enerġija tagħkom huma indispensabbli biex flimkien nibnu Għawdex li tassew ikun ta’ kulħadd u għal kulħadd,” qal il-Ministru Camilleri.

Min-naħa tagħha, il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca qalet, “Il-futur ta’ pajjiżna huwa ta’ wliedna, u b’hekk ma nistgħux nippjanaw viżjoni għal Malta u Għawdex mingħajr uliedna. Għaldaqstant irridu nisimgħuhom u rridu li jkunu parti minn dan il-proċess. Irridu npoġġu l-aspirazzjonijiet tagħhom fiċ-ċentru tal-viżjoni u l-pjanijiet tagħna.”

“Nemmen li l-messaġġ tat-tfal se jasal u jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa, biex nassigurawlhom pajjiż aktar reżiljenti u aħjar. Għeżież tfal, urejtuna li intkom m’intkomx osservaturi passivi, urejtuna li tridu tkunu parti mill-bini u mit-tisħiħ tal-futur ta’ pajjiżna u urejtuna li l-futur ta’ Għawdex se jkun f’idejn tajbin,” temmet tgħid Marie-Louise Coleiro Preca.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li l-Viżjoni Malta 2050 telenka l-bżonn li l-komunitajiet ikollhom il-vuċi ta’ kulħadd u għaldaqstant huwa essenzjali li jisimgħu l-ideat u l-aspirazzjonijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ li 25 sena oħra jkunu qegħdin imexxu dan il-pajjiż. “Permezz tal-kunsilli lokali tat-tfal qed nagħtu l-għodod neċessarji sabiex jaspiraw li jkollhom pajjiż dejjem aktar aħjar.” 

“Fil-viżjoni tagħna lejn is-sena 2050, qed naraw li jkollna komunitajiet iktar inklussivi u li ma jiddejqux jipparteċipaw fil-ħsieb, fid-diskussjoni u fl-eżekuzzjoni tal-proġetti fil-lokalitajiet,” temmet tgħid is-segretarju parlamentari. 

Waqt id-diskors tiegħu, Dr Jonathan Spiteri mit-tim Viżjoni Malta 2050 qal li, “Dan kollu jirrappreżenta dak li tfisser il-Viżjoni u għaliex għandna proprju bżonnha, biex naslu għal komunitajiet reżiljenti u inklussivi. Ħafna minn dawn il-proposti huma allenjati mal-viżjoni diġà u għaldaqstant dan jindika li l-vjaġġ li qed nagħmlu flimkien se jwassal verament għall-kwalità ta’ ħajja aħjar.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jinstemgħu l-proposti tat-tfal u ż-żgħażagħ waqt l-avveniment ‘Young Gozitans’ Vision for 2050’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jinstemgħu l-proposti tat-tfal u ż-żgħażagħ waqt l-avveniment ‘Young Gozitans’ Vision for 2050’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jinstemgħu l-proposti tat-tfal u ż-żgħażagħ waqt l-avveniment ‘Young Gozitans’ Vision for 2050’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jinstemgħu l-proposti tat-tfal u ż-żgħażagħ waqt l-avveniment ‘Young Gozitans’ Vision for 2050’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow