Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Viżjoni Żagħżugħa: iż-żgħażagħ jaqsmu l-ħolm u l-aspirazzjonijiet tagħhom għal Malta tal-2050

PR251525
Date Icon 06/09/2025

Aktar minn sittin żagħżugħ u żagħżugħa inġabru f’Aġenzija Żgħażagħ, f’Santa Venera, għall-avveniment “Viżjoni Żagħżugħa”, inizjattiva organizzata bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika għall-Viżjoni Malta 2050. L-avveniment ta pjattaforma unika sabiex iż-żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-30 sena jaqsmu l-ideat, il-proposti u l-viżjoni tagħhom dwar il-Malta li jixtiequ jgħixu fiha fil-futur.

Il-programm għal dan l-avveniment kien mibni fuq format interattiv ta’ ‘World Café sessions’ fejn ġew ippreżentati rakkomandazzjonijiet. L-avveniment kien jinkludi wkoll attivitajiet ta’ divertiment bħall-treasure hunt madwar Santa Venera, wirjiet artistiċi, workshops tematiċi u kunċert minn artisti Maltin. Dan l-avveniment mhux biss offra spazju għal konsultazzjoni iżda serva wkoll bħala esperjenza ta’ komunità u espressjoni kreattiva.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti indirizza liż-żgħażagħ waqt li dawn kienu qed jaqsmu l-ideat u l-opinjonijiet tagħhom, fejn tenna li: “Il-Viżjoni Malta 2050 mhijiex biss dokument ta’ miri iżda vjaġġ kollettiv li għandu l-għan li jibni pajjiż b’ekonomija sostenibbli, servizzi ċentrati fuq iċ-ċittadin, edukazzjoni li tagħti futur sigur. Iż-żgħażagħ mhux biss qed jingħataw spazju, imma qed jiġu rikonoxxuti bħala s-sieħba ewlenin fil-bini ta’ din il-viżjoni. Il-vuċi tagħkom hija kruċjali – u dak li tgħidu se jsir parti mill-Viżjoni Malta 2050.”

Antoinette Cefai mit-tim Viżjoni għal Malta 2050 tenniet kif il-proposti u l-ħsieb żagħżugħ jagħtu direzzjoni ċara għall-pajjiż: “Meta tisma’ proposti mingħand min se jkun qed imexxi l-kumpaniji u l-pajjiż tagħna fl-2050, u proposti dettaljati bħal dawn, joħroġ ċar li din il-Viżjoni qegħda fit-triq it-tajba u l-konsultazzjoni pubblika huwa mezz ta’ kif inkejlu dan l-entużjażmu li rajna llum. Il-futur huwa f’idejhom u aħna se nkunu qed nassiguraw li jibqa’ jidher sabiħ permezz tal-Viżjoni Malta 2050.”

It-temi ewlenin imqajma miż-żgħażagħ kienu varji iżda kkonverġew fuq prijoritajiet bħall-aktar opportunitajiet ta’ edukazzjoni li jsaħħu l-ħsieb kritiku u l-ħiliet tal-ħajja, trasport sostenibbli, u pajjiż li jkun aktar inklużiv, fost oħrajn. Ħafna wkoll enfasizzaw l-importanza li Malta ssir ċentru ta’ innovazzjoni li jwassal għal xogħol ta’ valur għoli, flimkien ma’ soċjetà li tħaddan id-diversità u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet.

L-atmosfera ta’ festa u komunità matul il-ġurnata kienet xhieda ta’ kif iż-żgħażagħ mhux biss għandhom ħolm u ideat iżda wkoll entużjażmu u enerġija li jistgħu jsawru futur aħjar għall-pajjiż.

Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-Viżjoni Malta 2050 hija miftuħa u kull min jixtieq jista’ jaqsam l-aspirazzjonijiet tiegħu fuq envision2050.gov.mt.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Viżjoni Żagħżugħa: iż-żgħażagħ jaqsmu l-ħolm u l-aspirazzjonijiet tagħhom għal Malta tal-2050
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Viżjoni Żagħżugħa: iż-żgħażagħ jaqsmu l-ħolm u l-aspirazzjonijiet tagħhom għal Malta tal-2050
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Viżjoni Żagħżugħa: iż-żgħażagħ jaqsmu l-ħolm u l-aspirazzjonijiet tagħhom għal Malta tal-2050
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow