AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, tixtieq tinforma lill-pubbliku, illi wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat peress li fih livelli għoljin ta’ Esteri gliċidiliċi, Idrokarburi Aromatiċi taż-Żejt Minerali (MOAH) u Somma ta’ 3-monokloropropandiol (3-MCPD).
Deskrizzjoni tal-prodott: Żejt tal-ġulġlien
Ditta: Golden Lion
Data tad-durabilità: 12/11/2027
Lot No.: 241113
Kwantità netta 1 L
Il-konsumatur m’għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq 22924885 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN