Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI

pr251515
Date Icon 04/09/2025

Is-Segretarjat Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jirreferi għal rapporti dwar xogħol li sar fil-Park Nazzjonali f’Ta Qali.

Irid ikun preċiżat li:

Fl-aħħar ġimgħat tferrex ramel madwar il-picnic area li huwa materjal ta’ kwalità li jassorbi l-ilma u jżomm natura umduża, u għalhekk ikun qed jipproteġi l-ħamrija ta’ taħt milli tixxotta u ssir trab fis-sajf. Il-benefiċċju ta’ dan ix-xogħol hu li l-ħaxix naturali jikber b’rata mgħaġġla ferm qabel ix-xita fl-istaġun tax-xitwa.  

Dan il-materjal jintuża f’diversi parks, ġonna u spazji ħodor madwar id-dinja, inkluż f’pajjiżi li għandhom temperaturi saħansitra iktar sħan minn Malta.  

Ir-ramel jgħin ukoll biex tittaffa l-isfida tal-għargħar li tul iż-żmien kienet tolqot dan l-ispazju miftuħ, bil-konsegwenza li l-post ma kienx ikun jista’ jitgawda wara ħalba xita. 

Tajjeb jingħad li f’din iż-żona saru wkoll diversi xogħlijiet infrastrutturali, fosthom:

- fencing iktar addattat u sigur;

- il-mgħoddija ta’ servizzi u sistema ta’ drenaġġ li qatt m’eżistiet;

- faċilitajiet sanitarji flok mobile toilets.

Il-fatti juru li eluf ta’ Maltin u Għawdxin huma x-xhieda tal-bidla pożittiva li saret fil-Park Nazzjonali f’Ta Qali, li fl-aħħar snin irdoppja fid-daqs wara li twaqqgħet fabbrika tal-konkrit u minflok ingħata spazju ferm isbaħ lill-familji u t-tfal.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow