Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Organizzat business breakfast bit-tema ‘Food Security and Wellbeing – Voices for the Future’ fejn ġiet diskussa l-politika tal-ikel f’pajjiżna

PR251514
Date Icon 04/09/2025

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali organizza business breakfast bit-tema ‘Food Security and Wellbeing – Voices for the Future’, fejn laqqa’ flimkien żgħażagħ, rappreżentanti tas-settur tal-edukazzjoni, produtturi tal-ikel, uffiċjali tal-gvern, influencers u esperti tas-saħħa u l-politika pubblika. L-avveniment sar bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-Viżjoni Malta 2050 u r-rabta mal-Istrateġija għal Sistemi tal-Ikel aktar Reżiljenti.

L-għan ewlieni tal-business breakfast kien li jinvolvi ċ-ċittadin, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, f’diskussjoni miftuħa dwar kif il-politika tal-ikel tista’ tkun aktar inklussiva, sostenibbli u adattata għall-ħtiġijiet reali tagħhom. Il-parteċipanti kienu mħeġġa biex jaqsmu l-ideat, l-isfidi u l-aspirazzjonijiet tagħhom dwar l-għażliet tal-ikel u t-tħaddim ta’ programmi bħal ‘Better Nutrition’, ‘EatWise’, ‘Smart Shopping’ u ‘Smart Cooking’.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, filwaqt li tenna l-ħidma tal-Gvern li jkompli jsaħħaħ fost l-oħrajn il-qasam agrikolu ta’ pajjiżna, saħaq li “L-ikel huwa aktar minn nutrizzjoni – huwa bażi għal kwalità ta’ ħajja aħjar. Għaldaqstant il-politika għandha tkun ibbażata fuq djalogu u parteċipazzjoni attiva, u għanda tgħin lill-familji biex jagħmlu għażliet tajbin għas-saħħa tagħhom.”

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, Sharlo Camilleri, kompla kif meta jsir djalogu ma’ partijiet ikkonċernati differenti din tgħin biex it-tħaddim tal-politika tkun aktar immirata biex tindirizza l-bżonnijiet tal-preżent u tal-futur, u semma kif f'dan il-każ se jservi wkoll ta’ opportunità għal tkabbir għas-settur, għall-operaturi tal-katina alimentari, għall-konsumaturi u għaż-żgħażagħ, fost l-oħrajn.

Fid-diskors tagħha, Sonya Sammut, Direttur għas-Sistemi tal-Ikel, tkellmet dwar ir-relazzjoni bejn il-politika dwar l-ikel, is-saħħa, u l-futur tal-ġenerazzjoni li jmiss u kif dawn iwasslu għas-sostenibbiltà.

Dr Jonathan Spiteri mit-tim tal-Viżjoni Malta 2050 spjega kif il-Viżjoni tħaddan dan kollu hekk kif hija bbażata fuq erba' pilastri li jilħqu l-milja tagħhom b’enfasi fuq il-kwalità tal-ħajja. “L-għażliet tal-ikel tagħna jaffetwaw x'tip ta' pajjiż se jkollna fl-2050, u allura x'servizzi għandna bżonn nippjanaw għalihom. Il-Viżjoni tħaddan servizzi mmirati lejn l-individwu kemm jekk huma servizzi tas-saħħa, jew edukazzjoni mill-aqwa, jew teknoloġija li tassistina fil-ħajja ta' kuljum.”

Dan il-business breakfast serva għal diskussjoni importanti li mhux biss se titkompla imma se sservi ta’ bażi għat-tfassil ta’ miżuri  fil-qasam tal-politika tal-ikel.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Organizzat business breakfast bit-tema ‘Food Security and Wellbeing – Voices for the Future’ fejn ġiet diskussa l-politika tal-ikel f’pajjiżna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow