Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imniedi proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-ewwel strateġija nazzjonali għas-sikurezza tal-pazjenti

PR251513
Date Icon 04/09/2025

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela nieda għall-konsultazzjoni pubblika l-ewwel strateġija nazzjonali li tħares is-sikurezza tal-pazjenti. L-għan ewlieni tal-istrateġija hu li telenka miżuri li jkomplu jsaħħu is-sikurezza tal-pazjent li jkun qed jirċievi kura f’Malta, filwaqt li tħares il-benesseri tal-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa sabiex jipprovdu kura sikura.

Din l-istrateġija tallinja mal-Viżjoni Malta 2050 fejn is-sikurezza tal-pazjent tkun il-pedament tas-sistema tas-saħħa ta’ pajjiżna. Strateġija li għandha twassal għal ambjent fejn kemm il-pazjenti kif ukoll il-ħaddiema tas-saħħa jħossuhom siguri, rispettati u appoġġjati.

Il-Ministru Jo Etienne Abela semma kif il-Viżjoni Malta 2050 tirrikonoxxi bi sħiħ ir-rwol ta’ kura sikura li twassal għal kwalità ta’ ħajja aħjar. Spjega kif id-dokument li qed jiġi mniedi huwa r-riżultat ta’ xogħol preparatorju estensiv u reviżjoni wiesgħa tal-progress li sar sa issa, immexxi mill-Uffiċċju tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika b’konsultazzjoni ma’ diversi stakeholders flimkien ma’ esperti mis-Sede tal-WHO f’Ġinevra u l-Uffiċċju Reġjonali tal-WHO għall-Ewropa u l-Uffiċċju ta’ Ateni dwar is-Sigurtà u l-Kwalità tal-Pazjenti.

“Qed nippreżentaw strateġija ċara b’enfasi fuq il-protezzjoni tal-pazjenti, fuq it-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħaddiema, u fuq kultura fejn l-impjegati flimkien mal-pazjenti jħossuhom ħielsa jesprimu t-tħassib tagħhom mingħajr biża’ ta’ riperkussjonijiet. Matul l-aħħar snin, Malta bniet sistema tas-saħħa li għandna nkunu kburin biha fejn ksibna suċċessi f’diversi setturi permezz ta’ innovazzjoni u anke inizjattivi individwali. Dan filwaqt li l-professjonisti tagħna huma fost l-aktar imħarrġa,” sostna l-Ministru Abela.

“Aħna nifhmu li l-eċċellenza mhix destinazzjoni, iżda vjaġġ. Għaldaqstant kommessi li nkomplu nkejlu u nissorveljaw ir-riżultati, se nkomplu nisimgħu l-feedback, nevalwaw u naġixxu billi nieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex nindirizzaw kwalunkwe nuqqasijiet. Is-sikurezza tal-pazjenti mhijiex responsabbiltà biss tal-amministrazzjoni jew tal-professjonisti tas-saħħa, iżda hija responsabbiltà kollettiva ta’ lkoll flimkien,” temm jgħid Dr Abela.

Sabiex wieħed jagħti l-kontribuzzjonijiet tiegħu f’din il-konsultazzjoni pubblika, agħfas hawn. Il-konsultazzjoni pubblika hija miftuħa sal-4 ta’ Novembru 2025.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imniedi proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-ewwel strateġija nazzjonali għas-sikurezza tal-pazjenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imniedi proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-ewwel strateġija nazzjonali għas-sikurezza tal-pazjenti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow