Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ċentru ta’ distribuzzjoni ġdid fis-Siġġiewi se jsaħħaħ il-provvista f’ħames lokalitajiet

PR251475
Date Icon 26/08/2025

Enemalta kompliet taħdem fuq proġett ieħor li se jsaħħaħ is-servizz għal eluf ta' familji

Il-Ministru għall-Enerġija, Dr Miriam Dalli, u ċ-Chairman Eżekuttiv ta' Enemalta, l-Inġ. Ryan Fava, żaru x-xogħol ta' cable-laying f'Ħal Qormi, parti mill-proġett taċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni l-ġdid tas-Siġġiewi.

Dan huwa proġett infrastrutturali maġġuri li se jtejjeb l-istabbiltà, is-saħħa, ir-reżiljenza u l-kwalità tal-provvista tal-elettriku għal eluf ta' klijenti fir-reġjun tax-Xlokk ta' Malta.

“Ix-xogħol biex inkomplu nsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni kompla għaddej, anke fix-xhur tas-sajf. Fuq dan il-proġett biss qegħdin nitkellmu fuq medda ta' 70km ta' cables li għandhom jgħaqqdu diversi lokalitajiet maċ-ċentru ta' distribuzzjoni ġdid li għaddej ix-xogħol fuqu fis-Siġġiewi. B'dan il-mod qed inkomplu nsaħħu s-sistema tal-elettriku biex tkun aktar reżiljenti fil-lokalitajiet kollha ħalli naċċertaw ruħna li nwasslu supply tajba tal-elettriku lin-nies kollha," qalet il-Ministru Dalli.

“Dan il-proġett huwa pass importanti fil-ħidma kontinwa tagħna biex nimmodernizzaw in-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku f'Malta. Permezz ta' investimenti strateġiċi bħaċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tas-Siġġiewi, qed niżguraw li l-klijenti tagħna jibbenefikaw minn provvista tal-enerġija aktar affidabbli u lesta għall-futur," qal l-Inġ. Ryan Fava.

Ladarba jitlesta, iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni l-ġdid tas-Siġġiewi se jġib benefiċċji konkreti għall-klijenti f'diversi lokalitajiet inklużi f'Ħaż Żebbuġ, is-Siġġiewi, Ħal Qormi, l-Imqabba u l-Qrendi, u se jiżgura provvista tal-elettriku stabbli, reżiljenti u ta' kwalità għolja li kapaċi tlaħħaq mad-domanda dejjem tikber tal-familji u n-negozji fiż-żona.

Iffinanzjat permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) tal-Unjoni Ewropea, l-investiment ta' €20 miljun jenfasizza l-impenn tal-Enemalta biex tkompli ssaħħaħ u timmodernizza l-infrastruttura tal-enerġija ta' Malta u Għawdex filwaqt li timminimizza l-impatt ambjentali u l-impatt fuq il-komunità.

L-Enemalta bħalissa għaddejja wkoll bil-bini ta' ċentru ieħor ta' distribuzzjoni fin-Naxxar u r-riġenerazzjoni mill-ġdid taċ-ċentru ta' distribuzzjoni fl-Imsida. Fl-istess ħin, għaddej ix-xogħol fuq iċ-ċentru ta' distribuzzjoni ta' St Andrew's biex tkompli tikber il-kapaċità tiegħu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ċentru ta’ distribuzzjoni ġdid fis-Siġġiewi se jsaħħaħ il-provvista f’ħames lokalitajiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ċentru ta’ distribuzzjoni ġdid fis-Siġġiewi se jsaħħaħ il-provvista f’ħames lokalitajiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Ċentru ta’ distribuzzjoni ġdid fis-Siġġiewi se jsaħħaħ il-provvista f’ħames lokalitajiet
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow