STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR
PR251473
25/08/2025
Id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), skont l-Artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378), qed toħroġ dan l-Avviż Pubbliku li bih qed tidentifika u tinforma lill-pubbliku li l-kummerċjant
Robert Galea – Arcade
ma onorax deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur li ordnah irodd lura lill-konsumatur is-somma ta' elf, mitejn u wieħed u tmenin ewro (€1281). Il-konsumatur kien ħa laptop difettuż għand il-kummerċjant għat-tiswija, imma wara ħafna xhur ġie ritornat lura lill-konsumatur fi stat ferm agħar milli kien. Xi wħud mill-partijiet tal-prodott ġew mibdula b'partijiet ta' kwalità inferjuri.
Il-kummerċjant ġie wkoll ordnat iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN