Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Riġenerazzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali fil-Gudja

PR251462
Date Icon 20/08/2025

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes ħabbar li tlesta l-proġett ta’ riġenerazzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali fil-Gudja. Permezz ta’ dan il-proġett, li sar fuq żewġ blokok b’entratura separata, iktar familji qed igawdu minn ambjent residenzjali rinnovat.

Dettalji dwar il-proġett ingħataw waqt żjara mill-Ministru Galdes, li spjega li x-xogħol fuq dan il-proġett sar b’investiment ta’ aktar minn €100,000. Huwa qal li l-Gvern qed jagħmel dawn it-tip ta’ interventi għax jemmen li għandu jkun hemm investiment kontinwu mhux biss fid-djar, iżda wkoll fil-kwalità tal-ħajja tal-familji u l-komunitajiet li jgħixu fihom.

“Proġetti ta’ riġenerazzjoni bħal dawn jagħmlu differenza tanġibbli fil-ħajja ta’ kuljum tal-familji li jgħixu f’dawn il-komunitajiet, f’dan il-każ fil-komunità tal-Gudja,” sostna l-Ministru Galdes. Huwa fakkar ukoll li l-proġett tal-Gudja huwa biss wieħed minn sensiela ta’ proġetti ta’ riġenerazzjoni li saru jew għadhom għaddejjin, inkluż fil-Mosta, f’Ta’ Giorni, fiż-Żejtun, fil-Ħamrun, f’Santa Luċija, f’Raħal Ġdid u f’Ħal Tarxien. Dawn il-proġetti qegħdin isiru mill-Awtorità tad-Djar, b’kollaborazzjoni ma’ Housing Projects Solutions Ltd.

Il-Ministru Roderick Galdes temm jgħid li dawn il-proġetti huma xhieda tal-viżjoni u l-impenn tal-Gvern biex jgħolli l-istandards tal-akkomodazzjoni soċjali u jkompli jsaħħaħ il-benesseri tal-familji.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Riġenerazzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali fil-Gudja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Riġenerazzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali fil-Gudja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Riġenerazzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali fil-Gudja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Riġenerazzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali fil-Gudja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow