Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Aquatic Resources Malta għaddejja b’riċerka importanti fl-ibħra tagħna bħala parti mill-istudju annwali MEDITS

PR251461
Date Icon 20/08/2025

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, żaret il-ħaddiema u x-xjentisti tal-Aquatic Resources Malta li qed iwettqu l-istudju annwali MEDITS (Mediterranean International Trawl Survey). Din ir-riċerka ssir f’diversi pajjiżi Mediterranji fl-istess żmien, sabiex tinġabar informazzjoni dwar l-istat tal-ħut u l-ekosistema tal-baħar tagħna.

Il-programm MEDITS huwa ta’ importanza għax jipprovdi tagħrif preċiż dwar l-abbundanza u d-distribuzzjoni ta’ speċi ta’ ħut. Din l-informazzjoni tintuża mill-Unjoni Ewropea u mill-awtoritajiet Maltin sabiex jittieħdu deċiżjonijiet dwar is-sostenibbiltà tas-sajd.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said sostniet li, “L-inizjattiva tal-MEDITS turi l-impenn tal-Gvern lejn sajd sostenibbli, f’konformità mal-Viżjoni Malta 2050 għas-settur marittimu. Din it-tip ta’ riċerka tirrifletti wkoll il-ħidma li qed inwettqu biex insaħħu l-potenzjal ekonomiku ta’ dan is-settur b’mod sostenibbli u responsabbli. Dawn l-istudji mhux biss jgħinu biex jipproteġu l-ambjent u l-ħajja fil-baħar, iżda wkoll biex nassiguraw futur aħjar għas-sajjieda tagħna u għall-ġenerazzjonijiet li jmiss.”

Hija temmet billi rringrazzjat lill-ħaddiema ta’ Aquatic Resources Malta għax-xogħol li qed jagħmlu fil-qasam tas-sajd u l-akwakultura f’pajjiżna.

Il-Kap Eżekuttiv tal-aġenzija, Francis Fabri sostna li din ir-riċerka ewro-Mediterranja hija parti minn riċerka usa’ li l-aġenzija hija obbligata twettaq f’isem pajjiżna. Huwa spjega li din ir-riċerka ssir fuq bastiment attrezzat b’teknoloġiji avvanzati ħafna. L-aġenzija ddawwar il-bastiment f’laboratorju xjentifiku fejn ix-xjentisti tal-aġenzija jużaw it-teknoloġija abbord il-bastiment sabiex ikunu jistgħu janalizzaw l-ispeċi li jinqabad bit-tkarkir biex tinġabar data varja. 

Huwa kompla jispjega li lil hinn minn dak rekwiżit f’dan l-istudju, l-aġenzija tiġbor ukoll kampjuni tal-ilma biex isir studju fuq il-microplastics, kif ukoll ta’ qiegħ il-baħar. Huwa temm jgħid li bir-riċerka ta’ Aquatic Resources Malta pajjiżna qed ikompli jħares is-sostenibbiltà tal-ekosistema marittima.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Aquatic Resources Malta għaddejja b’riċerka importanti fl-ibħra tagħna bħala parti mill-istudju annwali MEDITS
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Aquatic Resources Malta għaddejja b’riċerka importanti fl-ibħra tagħna bħala parti mill-istudju annwali MEDITS
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow