Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Tlesta r-restawr fuq is-Sur ta’ San Nikola li jagħmel parti mis-swar tal-Kottonera

PR251439
Date Icon 12/08/2025

Tlesta r-restawr fuq is-Sur ta’ San Nikola, li jifred Bormla u l-Fgura. Dan is-sur jinsab bejn il-Bastjun ta’ San Nikola u dak ta’ San Ġwann, u jifforma parti mis-swar tal-Kottonera ddisinjati minn Antonio Maurizio Valperga fi żmien l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, ħabbru t-tlestija ta’ dawn ix-xogħlijiet li saru b’investiment ta’ €650,000.  

Ix-xogħlijiet fuq dan is-sur bdew f’Novembru 2023 u tlestew aktar kmieni din is-sena. B’kollox dawn ix-xogħlijiet ikopru medda ta’ ’l fuq minn 4,500 metru kwadru ta’ swar.

Il-Ministru Owen Bonnici sostna, “Bis-saħħa ta’ inizjattivi bħal dawn qegħdin inkomplu nżidu l-valur tal-wirt nazzjonali tagħna, wirt li jsawwar l-identità tagħna bħala poplu. Dan ir-restawr jimxi mal-istrateġija kulturali tagħna b’mod li jżid l-apprezzament tal-wirt ta’ pajjiżna. B’dan il-proġett ta’ restawr qed nagħtu valur akbar lil dan is-sit storiku, li b’hekk jista’ jitgawda fit-tul mill-pubbliku u mit-turisti.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli qalet li dan ir-restawr huwa turija tal-ħidma li qed issir biex inkomplu nipproteġu u nippreservaw l-identità tagħna, kif ukoll biex inkomplu ngħollu l-valur kulturali tal-lokalitajiet tagħna. Hija faħħret ukoll il-ħaddiema tad-Direttorat għar-Restawr u l-Preservazzjoni li qed iwettqu xogħol ta’ kwalità għolja.

“Il-Kunsilli Lokali tal-Fgura u ta’ Bormla, flimkien mal-Fondazzjoni Kottonera u r-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet huma ferm grati għal dawn ix-xogħlijiet li huma parti importanti mill-wirt storiku u kulturali tagħna,” temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Ix-xogħlijiet ta’ restawr kienu jikkonsistu f’tindif, tikħil mill-ġdid tal-fili, bdil ta’ ġebel iddeterjorat u restawr tas-Sur u l-parapett, u restawr tas-superior slope. Ix-xogħlijiet inkludew ukoll konsolidament ta’ żoni fraġli tal-ġebel u xogħlijiet oħra ta’ konservazzjoni tal-ġebel li minnu hu mibni dan is-sur.

Preżenti kien hemm ukoll iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera Joe Mizzi u membri tal-Kunsilli Lokali tal-Fgura u ta’ Bormla.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Tlesta r-restawr fuq is-Sur ta’ San Nikola li jagħmel parti mis-swar tal-Kottonera
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Tlesta r-restawr fuq is-Sur ta’ San Nikola li jagħmel parti mis-swar tal-Kottonera
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow