Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Proprjetà pubblika mogħtija b’titolu ta’ kera lill-Għaqda Mużikali Sant’Elena sabiex tintuża għal tagħlim tal-mużika mingħajr ħlas

pr251435
Date Icon 11/08/2025

Proprjetà pubblika li bħalissa tinsab taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet ġiet trasferita b’titolu ta’ kera lill-Għaqda Mużikali Sant’Elena f’Birkirkara, sabiex tintuża għal tagħlim tal-mużika mingħajr ħlas lil studenti ġodda. Il-proprjetà tinsab f’Nru. 12, Triq San Kostantin, fil-kantuniera ma’ Triq il-Ħerba. Il-kera hija għal tul ta’ ħmistax-il sena.

Permezz ta’ dan it-trasferiment, l-Għaqda se jkollha spazju dedikat fejn tista’ tkompli sservi l-komunità, b’mod speċjali liż-żgħażagħ, permezz ta’ taħriġ mużikali bla ħlas. Dan il-pass se jsaħħaħ il-ħidma edukattiva u kulturali tal-Għaqda, filwaqt li jkompli jagħti valur miżjud lill-proprjetà pubblika billi titpoġġa għas-servizz tan-nies.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici spjega li dan it-trasferiment mhux biss jagħti valur miżjud lill-proprjetà pubblika, iżda jsaħħaħ ukoll il-komunità lokali billi jagħti opportunità konkreta lil għaqdiet bħall-Għaqda Mużikali Sant’Elena biex ikomplu jrawmu t-talent mużikali b’mod miftuħ u aċċessibbli għal kulħadd. "Dan hu investiment fiż-żgħażagħ u fil-futur kulturali ta’ pajjiżna," temm jgħid il-Ministru Bonnici.

It-trasferiment ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet Robert Vella, Anthony Saliba fil-kapaċità tiegħu bħala President tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena u Antoine Borg Segretarju tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Proprjetà pubblika mogħtija b’titolu ta’ kera lill-Għaqda Mużikali Sant’Elena sabiex tintuża għal tagħlim tal-mużika mingħajr ħlas
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Proprjetà pubblika mogħtija b’titolu ta’ kera lill-Għaqda Mużikali Sant’Elena sabiex tintuża għal tagħlim tal-mużika mingħajr ħlas
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Proprjetà pubblika mogħtija b’titolu ta’ kera lill-Għaqda Mużikali Sant’Elena sabiex tintuża għal tagħlim tal-mużika mingħajr ħlas
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Proprjetà pubblika mogħtija b’titolu ta’ kera lill-Għaqda Mużikali Sant’Elena sabiex tintuża għal tagħlim tal-mużika mingħajr ħlas
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow