Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jitlestew xogħlijiet ta’ manutenzjoni u restawr fil-knisja tal-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli

pr251434
Date Icon 11/08/2025

Aktar għaqdiet volontarji u ekkleżjastiċi jibbenifikaw mill-ħidma tad-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi

Fl-aħħar xhur, id-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi kompla jwettaq aktar xogħlijiet fil-komunità b’sostenn lil numru ta’ għaqdiet volontarji u ekkleżjastiċi. 

Fil-ġimgħat li għaddew ġew implimentati xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-Knisja ta’ Ħad Dingli, hekk kif ġew irrestawrati ħames bibien tal-injam kif ukoll żewġ twieqi fis-sagristija. Dawn l-interventi saru b’attenzjoni kbira sabiex jiġi ppreservat il-karattru oriġinali tal-knisja u fl-istess ħin tiġi żgurata l-funzjonalità tagħhom għal snin twal.

Waqt żjara tax-xogħlijiet li saru, is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia spjega kif l-investiment li qiegħed isir, kemm fl-għaqdiet volontarji, u anke fil-knejjes madwar il-pajjiż, ikomplu jsaħħu l-wirt kulturali tal-pajjiż, liema wirt jagħmilna uniċi.

Huwa tenna kif il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli tingħaqad ma’ parroċċi oħra li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qegħdin isibu spalla ta’ sapport biex mhux biss jipproteġu l-patrimonju tagħna imma s-servizz tagħhom lejn is-soċjetà jibqa’ dejjiemi.

Min-naħa tiegħu, il-Kappillan tal-Parroċċa Dun David Farrugia, irringrazzja lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għal sensiela ta’ proġetti li wettqu fil-Parroċċa biex din tkun tista’ tkompli tkun ta’ benefiċċju għall-poplu Dingli.

Apparti dawn ix-xogħlijiet, fil-knisja ta’ Ħad-Dingli għaddej xogħol ieħor fuq il-pulptu, liema xogħol se jkompli jikkumplimenta x-xogħol illi diġà sar f’din il-knisja. Il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli tingħaqad ma’ parroċċi oħra illi qed igawdu minn investiment biex isirilhom ir-restawr u l-manutenzjoni meħtieġa.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jitlestew xogħlijiet ta’ manutenzjoni u restawr fil-knisja tal-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jitlestew xogħlijiet ta’ manutenzjoni u restawr fil-knisja tal-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow