Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr251428
Date Icon 09/08/2025

Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li, skont id-Direttiva dwar l-Ilmijiet għall-Għawm, ma huwiex rakkomandat li jsir għawm fil-post affettwat sakemm jinħareġ avviż ieħor, minħabba li reċentement kien hemm ħruġ ta’ drenaġġ lejn il-baħar minn fosos ta proprjetà privata. Għalkemm il-ħruġ issa waqaf, l-inċident seta’ kellu impatt fuq il-kwalità tal-ilma għall-għawm u jista’ ikun ta’ riskju għas-saħħa pubblika. Bħala miżura ta’ prekawzjoni, il-pubbliku qed jiġi avżat biex jevita l-għawm f’din iż-żona sakemm jiġi kkonfermat li l-ilma huwa sigur. Uffiċjali mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali bħalissa qed isegwu s-sitwazzjoni mill-qrib u għaddejjin bl-investigazzjonijiet. Id-durata tat-tniġġis ma tistax tiġi stmata f’dan l-istadju, iżda jiġu ppubblikati aġġornamenti kif meħtieġ.

Kodiċi tas-sit: A16

Lokalità Wied iż-Żurrieq

Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi rrestawrata, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lid-Direttorat għas- Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt jew EHD Bathing Portal on https://mfh-mt.maps.arcgis.com/apps/dashboards/31f48638f89c4d60bd6143818a46a2c7 għal informazzjoni simili.

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow