STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U L-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT
L-Awtorità ta’ Standards għall-Ħarsien Soċjali qed tħabbar id-deċiżjoni tagħha wara evalwazzjoni dettaljata ta’ rapport li ntalab mill-istess awtorità u li ġie provdut mill-amministrazzjoni ta’ Dar il-Wens fis-7 t’Awwissu.
Minn dan ir-rapport ġie konkluż li hemm bżonn ta’ rilokazzjoni tar-residenti sabiex jiġi assigurat il-benessere tar-residenti.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara analiżi ta’ dan l-istess rapport dwar l-istruttura tal-binja. Is-sejbiet indikaw b’mod ċar li fl-aħjar interess kemm tar-residenti kif ukoll tal-ħaddiema għandhom jittieħdu miżuri immedjati ta’ prevenzjoni.
Fost dawn il-miżuri li diġà ġew meħuda, instab post alternattiv għar-residenti u dawn ġew rilokati. Din il-miżura hija waħda prekawzjonarja u tifforma parti minn pjan strateġiku aktar wiesa’ u fit-tul. Il-familji tar-residenti nżammu infurmati matul il-proċess kollu bl-għajnuna ta’ kull entità nvoluta f’dan il-każ.
Fl-aħħar xhur il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u d-diversi entitajiet fi ħdan dawn il-Ministeri ħadu l-passi kollha, inklużi dawk legali, biex ikun assigurat li l-amministrazzjoni tal-Fondazzjoni Wens tkun waħda integra u b’rispett sħiħ lejn d-dinjità tar-residenti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN