STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
pr251425
08/08/2025
Il-Ministeru jinnota l-istqarrija maħruġa mill-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) li fiha ġie spjegat x’sar u dak li se jkun qed iseħħ biex ikunu assigurati sistemi interni aktar b’saħħithom u l-irkupru ta’ fondi pubbliċi.
Filwaqt li bħal dejjem il-Ministeru jirrispetta l-indipendenza u l-awtonomija tal-MCAST, il-Ministeru se jkun qiegħed joffri l-appoġġ kollu li huwa meħtieġ permezz tad-Direttorat tal-Awditjar Intern u Konformità fi ħdan l-istess Ministeru.
Id-Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet (IAID) se jkun qed iwettaq investigazzjoni indipendenti u skrutinju sħiħ bl-għodod kollha mogħtija lilu mill-liġi.
Il-Ministeru qed isegwi dan il-każ serju u jeżiġi li ssir ġustizzja sħiħa.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN