Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tibda l-ewwel fażi li se twassal għal Skola Primarja ġdida fin-Naxxar

pr251419
Date Icon 08/08/2025

Proġett infrastrutturali li se jwassal għall-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tan-Naxxar, parti mill-Kulleġġ Marija Reġina, qiegħed fl-ewwel fażi tiegħu, billi beda x-xogħol marbut mat-twaqqigħ tal-binja eżistenti. F’din l-ewwel fażi tal-proġett qed isiru l-preparamenti biex eventwalment jitwaqqa’ l-bini l-antik, li minnu se tinżamm il-faċċata minħabba l-karatteristiċi tagħha.

“Dan huwa proġett ieħor ta’ kostruzzjoni ta’ skola ġdida u konferma oħra tal-impenn sod tal-Ministeru u tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) għal infrastruttura moderna, b’ambjent aħjar u b’rispett għall-iżvilupp sostenibbli,” qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, li flimkien mal-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, dalgħodu żaru s-sit.

L-iskola l-ġdida se jkollha total ta’ 46 klassi, fosthom 20 klassi għall-kindergarten. Filwaqt li l-iskola l-antika kienet mifruxa fuq żewġ sulari, il-binja l-ġdida se tkun fuq ħames sulari, żewġ sulari taħt l-art għal skopijiet anċillari u tlieta ’l fuq mill-livell tat-triq. Minħabba li se tinżamm il-faċċata eżistenti, is-sular il-ġdid se jkollu disinn li jirrispetta l-faċċata eżistenti.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi enfasizza l-importanza ta’ dan l-investiment fil-qasam edukattiv u fil-komunità lokali tan-Naxxar. Huwa saħaq li dan il-proġett, li qed isir bl-appoġġ tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, se joffri ambjent modern, inklużiv u sostenibbli għall-istudenti u l-edukaturi. “Dan il-proġett mhux biss se jipprovdi spazju aħjar għall-istudju, imma se joħloq ukoll ambjent li jħeġġeġ il-kreattività, il-kooperazzjoni u l-ispirtu komunitarju, anke fost ir-residenti ta’ din il-lokalità,” qal il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

L-iskola se tinkludi wkoll għadd ta’ klassijiet għal suġġetti speċifiċi fosthom l-arti, il-mużika, id-drama kif ukoll kċina industrijali, faċilitajiet sportivi, spazji rikreattivi, multi-sensory room, u sala għal użi differenti kif ukoll librerija li tista’ tinfetaħ għall-komunità wara l-ħinijiet tal-iskola. Fuq il-bejt tal-iskola se jinħoloq spazju aħdar li fih l-istudenti jista’ jkollhom esperjenza diretta fuq il-kura tas-siġar u l-pjanti.

L-iskola l-ġdida se tkun mgħammra b’għamara ġdida li tħeġġeġ aktar l-inklużjoni fit-tagħlim, filwaqt li se jkunu introdotti miżuri effiċjenti fl-enerġija, fosthom l-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi.

Il-binja l-ġdida se tkun mifruxa fuq madwar 13,000 metru kwadru fuq ħames livelli, bi 3,000 metru kwadru minnhom dedikat għall-attivitajiet li jsiru fi spazji miftuħin u se takkomoda madwar 1,000 tifel u tifla, kemm fl-iskola primarja, kif ukoll fil-kindergarten.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tibda l-ewwel fażi li se twassal għal Skola Primarja ġdida fin-Naxxar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tibda l-ewwel fażi li se twassal għal Skola Primarja ġdida fin-Naxxar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tibda l-ewwel fażi li se twassal għal Skola Primarja ġdida fin-Naxxar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Tibda l-ewwel fażi li se twassal għal Skola Primarja ġdida fin-Naxxar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow