Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Ministru Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said f’laqgħa mad-Deputat Ministru Bulgaru għall-Agrikoltura u l-Ikel

PR251412
Date Icon 07/08/2025

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said iltaqgħu mad-Deputat Ministru għall-Agrikoltura u l-Ikel Stefan Burjev u delegazzjoni Bulgara waqt żjara f'Malta.

L-għan taż-żjara tad-delegazzjoni Bulgara kienet propju biex tiġi stabbilita kollaborazzjoni ma' pajjiżna fuq livell Ewropew dwar is-sajd u l-akwakultura hekk kif l-amministrazzjoni Bulgara tara lil Malta bħala punt ta' referenza fejn jidħlu dawn iż-żewġ setturi.

Matul il-laqgħa ġew diskussi diversi temi relatati mas-setturi tas-sajd u l-akwakultura li huma ta' interess komuni bejn iż-żewġ pajjiżi. Iż-żjara hija xhieda wkoll tal-ħidma li qed titwettaq minn Malta mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sajd u l-akwakultura li qed iservu bħala eżempju għal Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Refalo u s-Segretarju Parlamentari Bugeja Said taw elenku tal-ħidma mwettqa mill-Gvern Malti li tinkludi tibdiliet leġiżlattivi, proċeduri ta' kontroll, proġetti infrastrutturali fil-portijiet tas-sajjieda, użu massimu ta' fondi Ewropej kif ukoll investiment fir-riċerka u ftuħ ta' swieq ġodda fl-akwakultura.

Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari spjegaw ukoll l-investiment li qed isir biex jitjiebu s-servizzi lis-sajjieda kif ukoll l-iskemi t'għajnuna finanzjarja maħruġa mill-Gvern kemm waqt il-pandemija kif ukoll biex itaffi l-effetti tal-gwerra fl-Ukrajna minn fuq is-sajjieda.

Id-Deputat Ministru Bulgaru faħħar il-ħidma li qed issir minn Malta f'dawn is-setturi u ż-żewġ pajjiżi qablu għal iżjed koperazzjoni fuq livell Ewropew inkluż dwar kontrolli u azzjonijiet konkreti fuq sajd illegali minn pajjiżi terzi, dwar l-isfidi tal-bidla fil-klima u l-bżonn ta' tiġdid ġenerazzjonali fis-settur tas-sajd.

Il-Ministru Anton Refalo stqarr, “Din iż-żjara tfisser pass ieħor importanti biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn Malta u pajjiżi oħra f'dan is-settur vitali. Hija wkoll konferma ċara tal-impenn tal-Gvern Malti biex ikollna sajd u akwakultura li huma sostenibbli, moderni u reżiljenti. Id-diversi proġetti li qed jiġu implimentati mill-Gvern Malti jpoġġu lil pajjiżna bħala eżempju ta' suċċess u kif b'koperazzjoni u viżjoni, nistgħu nkomplu ntejbu dan is-settur skont l-ogħla standards Ewropej kemm għall-benefiċċju tal-komunitajiet tas-sajjieda tagħna, kif ukoll għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu."

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said sostniet li din iż-żjara kienet ferm importanti u serviet biex tkompli tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi. “Il-Gvern Malti jibqa' impenjat li jappoġġja l-komunitajiet tas-sajd lokali inkluż fuq livell Ewropew. Din il-laqgħa hija xhieda tal-viżjoni tagħna għal settur tas-sajd aktar reżiljenti u sostenibbli," sostniet Bugeja Said.

Matul iż-żjara ta' tlett ijiem, id-delegazzjoni Bulgara se tkun qed iżżur l-Aquatic Resources Malta, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura, kif ukoll numru ta' proġetti ffinanzjati minn Fondi Ewropej għas-sajd u l-akwakultura.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Ministru Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said f’laqgħa mad-Deputat Ministru Bulgaru għall-Agrikoltura u l-Ikel
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Ministru Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said f’laqgħa mad-Deputat Ministru Bulgaru għall-Agrikoltura u l-Ikel
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Ministru Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said f’laqgħa mad-Deputat Ministru Bulgaru għall-Agrikoltura u l-Ikel
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow