Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Fi tmiem il-ġimgħa se tittella’ l-attività Leħen il-Gardjola mill-Kunsill Lokali tal-Isla

pr251405
Date Icon 06/08/2025

Jumejn ta' divertiment fl-Isla fl-isfond taż-żewġ portijiet

Fi tmiem din il-ġimgħa, fi Ġnien il-Gardjola, se tittella' l-attività sajfija Leħen il-Gardjola mill-Kunsill Lokali tal-Isla. Din l-attività se tkun immirata għal persuni ta' kull età b'mod partikolari dawk li jħobbu l-mużika, hekk kif se jieħdu sehem uħud mill-aqwa ilħna f'pajjiżna, fosthom Red Electric, Ivan Grech, Chiara, Christian Arding u Bee.

Id-dettalji dwar din l-attività tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli u s-Sindku tal-Isla, Clive Pulis, flimkien mal-kunsilliera preżenti.

Din l-attività se tittella' nhar il-Ġimgħa 8 u s-Sibt 9 ta' Awwissu mit-tmienja ta' filgħaxija 'l quddiem, u qed issir permezz ta' fondi minn skema maħruġa mid-Direttorat tal-Gvern Lokali. Waqt l-attività, apparti l-mużika se jkun hemm ukoll wirjiet flimkien ma' ikel tradizzjonali Malti.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet kif din hija attività oħra minn ħafna li qed jittellgħu madwar Malta u Għawdex u li qed jiġu ffinanzjati permezz tal-iskema maħruġa mid-Direttorat tal-Gvern Lokali. Tenniet li attivitajiet bħal dawn fl-inħawi qed ikomplu jelevaw il-Kottonera bħala destinazzjoni għal dan is-sajf.

“Dawn l-attivitajiet qed iservu ta' vetrina għal dak li għandhom x'joffru l-lokalitajiet diversi tagħna, uħud b'temi differenti li jippromwovu l-kultura tagħna. Dawn l-attivitajiet imtella' mill-Kunsilli Lokali qed jikkumplimentaw ix-xogħol li jagħmlu l-għaqdiet, sabiex is-sajf f'kull lokalità jkun wieħed mimli attività. Inħeġġeġ lis-Sengleani, lir-residenti tal-Kottonera u anke dawk li joqogħdu lil hinn minn dawn l-inħawi, sabiex jattendu għal din l-attività filwaqt li jiddevertu fl-isfond taż-żewġ portijiet ewlenin ta' pajjiżna," qalet is-Segretarju Parlamentari.

Hija tenniet li l-programm ta' attivitajiet għas-sajf qiegħed ikun ta' suċċess u ħafna familji qegħdin jattendu għalihom. Hija rrimarkat ukoll li apparti dawn l-attivitajiet li qegħdin isiru permezz ta' fondi addizzjonali maħruġa proprju għall-attivitajiet kulturali, qegħdin ukoll jittellgħu attivitajiet fil-pjazez madwar Malta u Għawdex permezz tal-inizjattiva ġdida Minn Pjazza għal Pjazza. Is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli temmet tgħid, li dan kollu hu parti mill-Viżjoni Malta 2050, li kull ċittadin ikollu aċċess għall-attivitajiet kulturali b'xejn u inklussivi fir-raħal jew belt fejn jgħix.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tal-Isla, Clive Pulis irringrazzja lis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali tal-appoġġ sabiex jittellgħu attivitajiet bħal dawn. Qal li din l-attività se tkun waħda miftuħa għal kulħadd u mhux biss għas-Sengleani. Sostna li permezz ta' din l-attività l-Kunsill Lokali tal-Isla jrid jippreżenta lil din il-Belt bħala destinazzjoni għall-familji Maltin u anke għat-turisti li jżuru pajjiżna.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Fi tmiem il-ġimgħa se tittella’ l-attività Leħen il-Gardjola mill-Kunsill Lokali tal-Isla
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Fi tmiem il-ġimgħa se tittella’ l-attività Leħen il-Gardjola mill-Kunsill Lokali tal-Isla
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Fi tmiem il-ġimgħa se tittella’ l-attività Leħen il-Gardjola mill-Kunsill Lokali tal-Isla
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow