Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Titħabbar sejħa għal żewġ Imħallfin u żewġ Maġistrati

pr251400
Date Icon 05/08/2025

Il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni ħareġ sejħa għall-ħatra ta’ żewġ (2) Imħallfin u żewġ (2) Maġistrati

L-applikanti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-Kostituzzjoni ta’ Malta u li jesprimu l-interess tagħhom jiġu evalwati mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura, stabbilit skont l-Artikolu 96A tal-Kostituzzjoni.

Wara dan il-proċess ta’ evalwazzjoni, il-President ikun intitolat jeleġġi Imħallef jew Maġistrat minn fost il-lista ta' kandidati rrakkomandati mill-Kumitat.

B’hekk fi tmiem dan il-proċess, il-korp tal-ġudikatura se jkun qiegħed ikompli jissaħħaħ. Din hija konferma tal-impenn lejn ġustizzja aktar effiċjenti u aktar speċjalizzazzjoni. Dan hekk kif f’Mejju li għadda nħatru żewġ Maġistrati oħra. 

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard saħaq li din iż-żieda fil-ġudikatura tikkomplementa r-riformi kontinwi li qegħdin isiru u prova oħra ta’ kemm il-Gvern huwa kommess li jinvesti fil-qasam tal-ġustizzja biex ikompli joffri l-għodod neċessarji bil-għan li tiżdied l-effettività u l-effiċjenza fil-Qrati tagħna.

Dawk interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom bid-dokumenti kollha sa mhux aktar tard mit-Tlieta 26 ta’ Awwissu, 2025, sa 12:00pm lis-Segretarju tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow