Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Daħlet fis-seħħ l-Organ Support Policy fi ħdan l-Isptar Mater Dei

pr251396
Date Icon 04/08/2025


Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li daħlet fis-seħħ Organ Support Policy fi ħdan l-Isptar Mater Dei. L-għan ewlieni ta’ din il-policy hija li pazjenti b’kundizzjonijiet kritiċi jingħataw kura tal-ogħla livell fl-iqsar żmien possibbli, u li jkun hemm eskalazzjoni tal-kura sabiex jiġu mħarsa l-organi. 

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega li permezz ta’ din il-policy, kull persuna li tidħol fl-Isptar Mater Dei se jsirilha pjan għal trattament speċjalizzat u personalizzat biex tiġi evitata li jkun hemm deterjorazzjoni tal-kundizzjoni tal-pazjent. Dan il-pjan ikun jista’ jinbidel matul iż-żmien li l-persuna tagħmel rikoverata l-isptar skont il-ħtieġa marbuta mal-pazjent.

Il-Ministru Abela kompla jispjega kif permezz ta’ din il-policy ġdida l-infermiera se jkollha l-faċilità li teskala l-kura b’mod immedjat u bl-assistenza ta’ tim speċjalizzat — ‘Rapid Response Team’. Kompla jispjega li deċiżjonijiet dwar eskalazzjoni tal-kura biex jiġu mħarsa l-organi tal-pazjent għandhom jittieħdu fi żmien 24 siegħa mill-ammissjoni tal-pazjent fl-isptar bl-involviment tal-pazjent stess u qraba fejn ikun possibbli.  

“Nirringrazzja lill-professjonisti kollha fl-Isptar Mater Dei għas-sistemi ġodda li qed jiġu implimentati biex il-pazjent jingħata kura aħjar u nevitaw li l-kundizzjoni tiegħu tiġi deterjorata. Kommessi li nkomplu noffru l-aħjar kura li minnha jibbenefikaw il-pazjenti Maltin u Għawdxin,” temm jgħid il-Ministru Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Daħlet fis-seħħ l-Organ Support Policy fi ħdan l-Isptar Mater Dei
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow