Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030

pr251394
Date Icon 04/08/2025

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb illum nieda uffiċjalment l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030, bi pjan strutturat li jħares ’il quddiem biex iwieżen u jsaħħaħ l-industrija Maltija tal-pubblikazzjoni. Id-dokument ifassal it-traġitt li jixtieq jieħu l-Kunsill biex jibni ekosistema letterarja sostenibbli u, fl-istess ħin, jafferma mill-ġdid iċ-ċentralità tal-kotba fl-iżvilupp kulturali, edukattiv u ekonomiku Malti.

L-istrateġija saret b’ħidma mal-kumpanija rinomata ta’ konsulenza għan-negozji KPMG, u tenfasizza s-sostenibbiltà ekonomika ta’ settur li jissupera l-fażi tas-sopravvivenza u jidħol f’fażi fejn jiffjorixxi.

L-Istrateġija hija mibnija fuq ħames pilastri ewlenin: it-tisħiħ tal-ekosistemi letterarji f’Malta; il-promozzjoni tal-lingwa u l-kultura Maltija, lokalment u internazzjonalment; it-titjib fl-aċċess għall-kotba; it-tisħiħ tal-governanza u t-trasparenza; u t-trawwim ta’ kollaborazzjonijiet strateġiċi. Flimkien dawn il-pilastri huma turija ta’ kemm il-Kunsill determinat li juri kemm il-kotba u l-qari għandhom irwol ewlieni fis-soċjetà Maltija. Fl-istess ħin il-Kunsill ma jridx jinsa l-isfidi li s-settur qed jiffaċċja, b’miżuri konkreti u konsultattivi.

Waqt it-tnedija uffiċjali l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima enfasizza li l-Gvern kommess li jpoġġi lill-ktieb fil-qalba tal-ħajja Maltija, u dan qed jurih bit-tnedija ta’ din l-istrateġija. “Industrija tikber bi pjan fit-tul. Din l-istrateġija tassigura li dak li nagħmlu llum mhux biss iservina llum, imma jibqa’ relevanti u sostenibbli anki għall-ġejjieni,” qal il-Ministru, filwaqt li nnota l-konsultazzjoni li saret mal-imsieħba u l-professjonisti kollha tal-industrija f’kull mument tal-proċess.

Fl-indirizz tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri nnota b’sodisfazzjon it-tnedija tal-ewwel pjan strateġiku tal-Kunsill mifrux fuq ħames snin. Huwa rrimarka li l-viżjoni hija waħda ambizzjuża, imma mirfuda minn xewqa b’saħħitha li jinġiebu l-bidliet li hemm bżonn fl-industrija tal-pubblikazzjoni. Il-Kunsill se jagħmel dan b’miri progressivi. “Permezz ta’ din l-istrateġija irridu nassiguraw li l-industrija tkun sostenibbli, li nħeġġu l-professjonalizzazzjoni, li l-opportunitajiet għall-imsieħba joktru, u li ninstigaw aktar innovazzjoni paripassu mal-ħiliet u t-talbiet tas-seklu 21,” kompla Camilleri.

Il-Viżjoni Strateġika tiġġustifika l-ambizzjoni tal-Kunsill għall-ħames snin li ġejjin u lil hinn minnhom - żmien li fih irridu naraw li l-letteratura Maltija tibqa’ tinqara l-ewwel lokalment imbagħad anki barra minn xtutna fejn tkun iċċelebrata wkoll.

Id-dokument tal-istrateġija huwa riżultat ta’ konsultazzjoni fil-fond mal-awturi, il-pubblikaturi, l-edukaturi, u l-imsieħba l-oħra, u huwa pass importanti fid-direzzjoni li jrid jieħu l-Kunsill bħala pont bejn il-politika pubblika u d-dinja tal-pubblikazzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow