Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Ir-restawr tas-Sacro Monte fil-Pjazza tar-Rabat se jibda dan ix-xahar

pr251391
Date Icon 03/08/2025

L-aħħar fażi tar-riġenerazzjoni tal-Pjazza tal-Bażilika ta’ San Pawl mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, wara xogħlijiet preċedenti b’kollaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu se tibda r-restawr tas-Sacro Monte, binja storika fil-qalba tal-Pjazza tal-Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta’ San Pawl, fir-Rabat.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, ħabbar dawn ix-xogħlijiet waqt żjara f’din il-Pjazza, il-Ħadd filgħodu. Miegħu kien hemm is-Sindku tar-Rabat Sandro Craus, ir-Rev. Joseph Mizzi, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Pawl, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef, u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Steve Ellul.

Is-Sacro Monte, magħruf lokalment bħala “ż-Żurżieqa”, jinkludi għadd ta’ terrazzini madwar taraġ monumentali li jwassal għall-istatwa ta’ San Pawl, fuq pedestall għoli. Dan il-monument huwa sit ta’ valur spiritwali u storiku, u kellu sehem importanti f’diversi okkażjonijiet speċjali, fosthom iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew tal-1933 u ż-żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1990.

Ix-xogħlijiet li se jibdew dan ix-xahar mill-MTA, b’investiment ta’ €220,000, jinkludu restawr tal-iskultura u l-lavur tas-Sacro Monte, il-balavostri tal-ġebel u l-paviment, kif ukoll tiswijiet strutturali oħra.

Dawn ix-xogħlijiet se jikkonkludu proġett ikbar għar-riġenerazzjoni ta’ din il-Pjazza ħdejn il-Bażilika, li qabel kienet mitluqa, sabiex inbidlet fi spazju pedonali għall-attivitajiet tal-komunità. Il-proġett jinkludi pavimentar, dawl arkitettoniku, titjib fl-aċċessibilità, bankijiet, siġar taż-żebbuġ u pjanti oħra. Il-fażijiet preċedenti saru mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, b’kollaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta, u bl-appoġġ tal-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-Parroċċa ta’ San Pawl. Il-proġett beda fl-2020.

“Ir-riġenerazzjoni ta’ din il-Pjazza qed tagħti nifs ġdid lil din il-pjazza, fejn nistgħu napprezzaw u ngawdu fost l-isbaħ wirt reliġjuż, kulturali u arkitettoniku tar-Rabat. L-MTA u Infrastructure Malta qed joħolqu spazju komunitarju ħaj, filwaqt li jagħtu esperjenza isbaħ lit-turisti li jżuru dan il-post. Meta nipproteġu u nsebbħu dawn l-elementi uniċi tal-gżejjer tagħna, nistgħu nattiraw turisti li jfittxu postijiet u esperjenzi awtentiċi bħal dawn, li fl-istess waqt, ikompli jħeġġeġ aktar investiment fil-wirt kulturali tagħna,” qal id-Deputat Prim Ministru Borg.

Is-Sindku Sandro Craus laqa’ dan l-investiment f’zona li qabel kienet abbandunata u miksija bil-konkos, u li llum saret spazju sabiħ għall-komunità. Żied jgħid li s-siġar u l-fjuri li żdiedu f’dan il-post ikomplu jżidu mal-isbuħija u t-trankwillità f’din il-pjazza.

Ir-Rev. Arċipriet Mizzi spjega li s-Sacro Monte huwa monument importanti ddedikat lil San Pawl, il-qaddis patrun tal-parroċċa. Dan kien ikkummissjonat mill-benefattriċi Cosmana Navarro. “Permezz ta’ dan il-proġett, dan l-ispazju qed iservi wkoll ta’ ġnien għall-meditazzjoni, li jistieden ir-riflessjoni u joffri serenità lil dawk li jżuruh.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA, Carlo Micallef, qal li “qed nittrasformaw dan il-post ċentrali f’destinazzjoni isbaħ għat-turisti, spazju li jonora l-istorja u l-kultura tagħna, hekk kif inkomplu nippromwovu l-wirt reliġjuż u kulturali fil-bliet u l-irħula tagħna, u noffru spazji miftuħa kemm għal residenti kif ukoll għal dawk li jżuruna.”

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Steve Ellul, spjega li x-xogħlijiet li se jibdew dan ix-xahar huma l-aħħar fażi ta’ proġett sħiħ li qed jagħti l-ħajja mill-ġdid lil din il-pjazza storika. “Infrastructure Malta tibqa’ impenjata li twettaq waħda mill-funzjonijiet ewlenin tagħha – it-trasformazzjoni tal-ispazji miftuħa – biex intejbu l-kwalità tal-ħajja, insaħħu l-komunitajiet, u nippromwovu turiżmu ta’ kwalità. Dan juri li l-infrastruttura mhix biss toroq, imma wkoll il-qalba ta’ spazji vibranti li jagħtu prijorità lil dawk li jużawhom.”

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Ir-restawr tas-Sacro Monte fil-Pjazza tar-Rabat se jibda dan ix-xahar
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Ir-restawr tas-Sacro Monte fil-Pjazza tar-Rabat se jibda dan ix-xahar
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Ir-restawr tas-Sacro Monte fil-Pjazza tar-Rabat se jibda dan ix-xahar
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Ir-restawr tas-Sacro Monte fil-Pjazza tar-Rabat se jibda dan ix-xahar
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Ir-restawr tas-Sacro Monte fil-Pjazza tar-Rabat se jibda dan ix-xahar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow