Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Public Works skatta l-proċess għall-proġett ta’ zuntier ġdid għall-Knisja Parrokkjali f’Ħal Kirkop

pr251379
Date Icon 31/07/2025

Miftuħa żona pedonali ġdida li tgħaqqad maċ-ċentru tar-raħal

Fil-qalba tar-raħal ta' Ħal Kirkop, proprju fi Triq il-Kbira, is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia, flimkien mal-Kappillan tal-Parroċċa Dun Martin Cardona, ħabbar li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ser ikun qiegħed jiskatta l-proċess biex id-Dipartiment jwettaq il-proġett ta' zuntier ġdid għall-Knisja Parrokkjali ddedikata lil San Leonardu Abbati.

Matul iż-żjara, is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia inawgura wkoll żona pedonali ġdida li issa ser tgħaqqad maċ-ċentru ta' dan ir-raħal u li tikkumplimenta l-estetika u l-wirt li jdawru lil din iż-żona.

“Trejqet is-6 ta' Novembru, 559, hija żona pedonali ġdida li fl-aħħar xhur id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ħadem fuqha wara talba mill-Kunsill Lokali fejn issa ser tkompli tikkumplimenta lil dan ir-raħal b'wirt u storja kbira," spjega is-Segretarju Parlamentari Farrugia.

Huwa żied jgħid kif minbarra s-sinerġija mal-kunsilli lokali, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi kompla saħħaħ l-impenn tiegħu mal-għaqdiet volontarji u għaqdiet ekleżjastiċi, biex ikun ta' spalla b'diversi xogħlijiet. “Ix-xogħlijiet li ser inkunu qegħdin nagħmlu fuq iz-zuntier tal-Knisja huwa eżempju ieħor tal-impenn tagħna mhux biss lejn dawn l-għaqdiet iżda wkoll lejn il-preservazzjoni tal-wirt li jagħmilna ċittadini Maltin."

Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda jgħid li fl-aħħar xhur, bħala Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi embarka fuq għadd ta' proġetti pedonali fil-qalba ta' numru ta' lokalitajiet, fosthom fil-Mosta, fiż-Żurrieq, f'Ħaż-Żabbar u issa wkoll f'Ħal Kirkop.

Is-Sindku ta' Ħal Kirkop Matthew Agius Zammit irringrazzja lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għal ħidmiethom biex iċ-ċentru ta' Ħal Kirkop issa għandu karatteristika oħra li tista' titgawda mir-residenti.

Il-Kappillan Dun Martin Cardona esprima s-sodisfazzjon tiegħu għat-tħabbira li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ser ikun qiegħed jassisti fit-twettiq ta' zuntier ġdid għall-Knisja Parrokkjali.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Public Works skatta l-proċess għall-proġett ta’ zuntier ġdid għall-Knisja Parrokkjali f’Ħal Kirkop
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Public Works skatta l-proċess għall-proġett ta’ zuntier ġdid għall-Knisja Parrokkjali f’Ħal Kirkop
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Public Works skatta l-proċess għall-proġett ta’ zuntier ġdid għall-Knisja Parrokkjali f’Ħal Kirkop
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow