AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
pr251377
31/07/2025
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, tixtieq tinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba livelli għoljin ta' pestiċidi (Acetamiprid u Thiamethoxam).
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Sella Basmati Rice (Parboiled) |
| Ditta: | Royal Golden |
| Data tad-durabbilità: | 15.10.2026 |
| Lotts involuti: | L 15-10-2026 |
| Piż: | 5Kg |
Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown – 22924885 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq fsc.mafa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN