Left arrow Go Back

​ STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Disa’ proġetti komunitarji jingħataw finanzjament permezz tal-Fond Nazzjonali tal-Komunità STEM

pr251372
Date Icon 31/07/2025

Il-Fond Nazzjonali tal-Komunità STEM, amministrat miċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora f’isem Xjenza Malta, kompla jsaħħaħ l-impenn tiegħu li jappoġġja l-involviment tax-xjenza fil-livell lokali, b’żieda sinifikanti kemm fil-finanzjament kif ukoll fil-parteċipazzjoni għall-2025.

Matul konferenza li ttellgħet fl-Esplora fejn inġabru flimkien partijiet ikkonċernati ewlenin, tħabbru l-proġetti magħżula għal din is-sena.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti qal li, “Il-Gvern huwa kburi li jappoġġja inizjattivi li jqarrbu x-xjenza lejn in-nies. Iż-żieda fil-finanzjament ta’ din is-sena hija prova tal-impenn tagħna li nibnu soċjetà infurmata u msaħħa xjentifikament, li tibda fil-livell komunitarju.”

Il-Fond Nazzjonali tal-Komunità STEM għandu l-għan li jispira u jippermetti l-iżvilupp ta’ proġetti parteċipattivi msejsa fuq ix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika (STEM). Il-Fond jappoġġja inizjattivi bbażati fil-komunità li jippromwovu r-riċerka, l-edukazzjoni, il-komunikazzjoni tax-xjenza u x-xjenza taċ-ċittadini. Il-Fond huwa miftuħ għal skejjel, Kunsilli Lokali u Reġjonali, NGOs, mużewijiet u gruppi komunitarji oħra, li flimkien ma’ professjonisti ta’ STEM jistgħu jfasslu proġetti ta’ valur għall-komunitajiet tagħhom.

Fl-2025, il-baġit tal-Fond żdied minn €24,000 għal €100,000, li jirrifletti impenn akbar għall-involviment u t-twassil ta’ STEM fil-livell nazzjonali. Sal-iskadenza tat-23 ta’ Mejju 2025, Esplora rċeviet 18-il applikazzjoni. Dawn ġew evalwati minn tliet esperti indipendenti u ntgħażlu disa’ proġetti, kull wieħed minnhom ingħata sa €10,000 f’finanzjament.

Il-benefiċjarji tal-Fond Komunitarju STEM għall-2025 huma:

• Green House

• L-Iskola Primarja tas-Sacred Heart

• L-Iskola Primarja tar-Rabat

• Friends of the Earth

• Il-Kulleġġ ta’ San Ġorġ Preca

• L-Assoċjazzjoni Piroteknika ta’ Malta

• BirdLife Malta

• Il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ

• Il-Kunsill Reġjonali tal-Lvant

Dr Tonio Portughese, President tal-Kumitat Konsultattiv ta’ Xjenza Malta, sostna “Il-kwalità u d-diversità tas-sottomissjonijiet jirriflettu l-impenn tal-komunità għall-edukazzjoni u l-involviment fi STEM. Dawn il-proġetti huma investiment fil-litteriżmu xjentifiku u fil-futur ta’ Malta.”

Min-naħa tagħha, Mary Ann Cauchi, il-Kap ta’ Esplora, irrimarkat: “Ir-rispons ta’ din is-sena qabeż l-aspettattivi kollha. L-entużjażmu u l-kreattività tal-applikanti juru li x-xjenza mhijiex biss għax-xjenzati; hija għodda li ssaħħaħ lill-komunitajiet, tistimula l-kurżità u tispira l-bidla.”

Din l-inizjattiva tkompli ssaħħaħ l-importanza tal-involviment pubbliku fi STEM u tikkonferma l-missjoni ta’ Esplora li tagħmel ix-xjenza aċċessibbli, inklużiva u rilevanti għal kulħadd. Għal aktar informazzjoni żur The National STEM Community Fund - Esplora.

​ STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Disa’ proġetti komunitarji jingħataw finanzjament permezz tal-Fond Nazzjonali tal-Komunità STEM
​ STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Disa’ proġetti komunitarji jingħataw finanzjament permezz tal-Fond Nazzjonali tal-Komunità STEM
​ STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Disa’ proġetti komunitarji jingħataw finanzjament permezz tal-Fond Nazzjonali tal-Komunità STEM
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow