Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Verifika konġunta mill-Qorti tal-Awdituri fuq il-Kontijiet tal-Italja (CdC) u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ta’ Malta dwar il-Programm Interreg V A Italy Malta

PR251365
Date Icon 30/07/2025

Il-Qorti Taljana tal-Awdituri (Corte dei Conti – CdC) u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ta’ Malta (National Audit Office – NAO) iffinalizzaw Verifika konġunta fuq il-programm Interreg Italja-Malta (IIM) 2014–2020. Il-Programm IIM huwa strument ta’ kooperazzjoni bilaterali bejn l-Italja u Malta ffinanzjat taħt il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (ETC).

Din il-Verifika konġunta hi l-ewwel inizjattiva taħt il-Memorandum ta’ Ftehim (MoU) iffirmat fid-29 t’April 2024 bejn l-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (SAIs) taż-żewġ pajjiżi. Il-ftehim jenfasizza l-impenn kondiviż għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni istituzzjonali kif ukoll tal-kwalità, tal-koerenza u tal-impatt tal-awditjar pubbliku. Din l-evalwazzjoni konġunta tappoġġja wkoll l-immaniġġjar b’saħħtu u trasparenti tal-fondi Ewropej fl-interess taċ-ċittadini u tal-komunitajiet lokali.

L-evalwazzjonijiet preżentati f’dan ir-Rapport ġew approvati formalment permezz tar-Riżoluzzjoni mit-Taqsima tal-Kontroll għall-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali fi ħdan il-Qorti Taljana tal-Awdituri kif ukoll mill-NAO f’Malta. Wara dan il-proċess, ir-rapport ġie approvat waqt laqgħa bilaterali li saret f’Ruma fil-25 ta’ Lulju 2025, bejn il-Kapijiet tas-SAIs, il-President Guido Carlino u l-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara. Fi ħdan din l-istruttura rigoruża ta’ reviżjoni, ir-rapport afferma mhux biss ir-rwol kruċjali tal-Programm Interreg fit-trawwim tal-kollaborazzjoni reġjonali bejn entitajiet pubbliċi u privati fi Sqallija u f’Malta, iżda wkoll wera il-kapaċità kif din l-inizjattiva waslet għar-riżultati skont l-għanijiet tal-Programm.F'dan il-kuntest, is-SAIs tal-Italja u ta’ Malta jirrikonoxxu l-isforzi sostanzjali tal-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni tal-Programm u r-riżultati tanġibbli li nkisbu. Madankollu, is-SAIs jenfasizzaw il-ħtieġa li jittejbu ċerti aspetti kemm fuq livell strateġiku kif ukoll dak operazzjonali. Dan it-titjib maħsub li jimmassimizza l-effiċjenza tal-Programm u jsaħħaħ l-impatt ġenerali tiegħu f’kuntest ta’ kooperazzjoni territorjali bejn Sqallija u Malta.

Ir-Rapport jista’ jiġi aċċessat billi żżur il-website tal-NAO Malta nao.gov.mt, mill-paġna fuq Facebook www.facebook.com/NAOMalta, jew inkella s-sit elettroniku tal-Corte dei Conti fuq https://www.corteconti.it/.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow