AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, tixtieq tinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih addittivi mhux awtorizzati biex jintużaw fi prodott bħal dan u li jistgħu jirriżultaw f’riskju ta’ soffokazzjoni.
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Jelly Strip XL Assorted |
| Ditta: | JIN JIN |
| Oriġini: | Taiwan |
| Data tad-durabbilà: | 05/05/2026 |
| Piż: | 300g |
Il-konsumatur m’għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown – 22924885/6/7 mit-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq fsc.mafa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN