Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Malta tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli

PR251343
Date Icon 26/07/2025

Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika ppreżenta t-tieni Rieżami Nazzjonali Volontarju (VNR) ta’ Malta dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli waqt il-Forum Politiku ta’ Livell Għoli tal-Ġnus Magħquda dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (HLPF) fi New York.

Malta avvanzat bi 12-il post fir-Rapport dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ġnus Magħquda, sabiex issa tinsab fl-24 post minn 167 pajjiż. B’punteġġ nazzjonali ta’ 79.3% qed innaqqsu d-distakk mal-pajjiżi bl-ogħla prestazzjoni globalment, inkluża l-Finlandja b’87%.

It-tieni VNR ta’ Malta jiddeskrivi l-progress nazzjonali, l-isfidi, u l-prijoritajiet futuri fl-implimentazzjoni tas-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs). Ir-rapport huwa sostnut minn qafas robust ta’ indikaturi tal-iżvilupp sostenibbli li kien possibbli permezz ta’ ħidma konġunta mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Il-VNR tfassal permezz tal-kontribut tal-Ministeri, l-entitajiet, il-Kunsilli Lokali, is-soċjetà ċivili, l-akkademiċi, is-settur privat u l-pubbliku ġenerali. Iż-żgħażagħ kienu fil-qalba tal-proċess, b’kapitlu ddedikat għaż-żgħażagħ żviluppat biex jirrifletti l-perspettivi u l-kontributi tagħhom.

Francine Pace Caruana, Direttur għall-Iżvilupp Sostenibbli fi ħdan il-Ministeru, qalet li d-delegazzjoni Maltija involviet ruħha b’mod attiv f’sensiela ta’ laqgħat li pprovdew opportunitajiet sabiex jintwerew l-isforzi ta’ Malta, permezz ta’ skambji ta’ ideat, kif ukoll ġew diskussi sfidi komuni fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030. Dawn l-impenji jirriflettu r-rikonoxximent internazzjonali tal-isforzi kontinwi ta’ Malta u l-ħidma dedikata fl-avvanz tal-iżvilupp sostenibbli, enfasizzat Pace Caruana.

Malta ospitat flimkien mal-OECD avveniment dwar inizjattivi innovattivi biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-SDGs, filwaqt li ġiet enfasizzata l-importanza tal-koerenza tal-politika xprunata mid-dejta u l-kollaborazzjoni. Barra minn hekk, Malta kienet involuta wkoll fl-organizzazzjoni ta’ avveniment flimkien mal-African Peer Review Mechanism u l-OECD, li ffoka fuq il-koerenza tal-politika għall-governanza sostenibbli tal-oċeani.

Il-preżenza ta’ Malta fil-High-Level Political Forum tirrifletti d-dedikazzjoni kontinwa tagħha għall-multilateraliżmu u l-iżvilupp sostenibbli. Fid-Dibattitu Ġenerali tas-Segment Ministerjali tal-HLPF, Malta tenniet l-impenn tal-pajjiż sabiex ħadd ma jibqa’ lura u t-tisħieħ ta’ istituzzjonijiet reżiljenti u politiki inklussivi li jappoġġjaw l-SDGs.

Għal aktar informazzjoni dwar it-tieni VNR ta’ Malta u dejta relatata, żur https://sustainabledevelopment.gov.mt/ u https://sdgindicators.nso.gov.mt/.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Malta tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Malta tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Malta tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Malta tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow