Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jiġi attwat pjan komprensiv fir-rigward ta’ perjodi ta’ sħana estrema

PR251314
Date Icon 21/07/2025

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva vara pjan fir-rigward ta’ perjodi ta’ sħana estremi, li jinkludi sistemi ta’ twissija bikrija, kampanja  t’għarfien għall-pubbliku u rispons effettiv tal-entitajiet fi ħdan il-Ministeru. 

F’kollaborazzjoni mal-Uffiċju Meteoroloġiku, il-Ministeru se jimplimenta sistema ta’ twissija bikrija biex javża lil pubbliku dwar perjodi ta’ sħana estrema previsti, fejn il-pubbliku se jkun qed jirċievi messaġġ bit-twissija li se jinkludi wkoll pariri dwar wieħed x’għandu jagħmel waqt dawn il-perjodi ta’ sħana estrema.

Matul l-aħħar ġimgħat, il-Ministeru vara wkoll kampanja ta’ għarfien għall-pubbliku dwar il-periklu tas-sħana, b’ pariri prattiċi dwar kif persuna għandha tibqa’ idratata, tevita attivitajiet iebsin matul il-ħinijiet l-aktar sħan tal-ġurnata, filwaqt li tevita esponiment dirett għax-xemx f’dawn il-ħinijiet. 

Għall-persuni vulnerabbli, il-Ministeru stabbilixxa wkoll Ċentri ta’ Matul il-Jum li jipprovdu kenn mis-sħana. Dawn iċ-Ċentri se jkunu disponibbli għal individwi b’kundizzjonijiet mediċi speċifiċi u aċċess għalihom se jkun iffaċilitat miċ-Ċentru t’appoġġ tal-Kura Primarja.

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, irringrazzja lill-ispeċjalisti kollha li ħejjew dan il-pjan, b’mod speċjali s-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, l-Uffiċju tal-Kummissarju għall-Anzjani, il-Kummissarju għad-Data u l-Uffiċju tal-Uffiċjal Mediku Ewlieni. Huwa wera apprezzament ukoll għall-kumpaniji tat-telefonija f’Malta li minnufih laqgħu t-talba tal-Ministeru li kull klijent tagħhom f’Malta u Għawdex jirċievi messaġġ personalizzat bit-twissija u pariri.

“Is-sħana estrema tista’ toħloq problemi fil-ġisem li jistgħu jwasslu għal ħsara irriversibbli f’organi essenzjali bħall-kliewi, l-qalb u l-moħħ. Għaldaqstant qed nagħmlu dak kollu possibbli biex dan jiġi evitat u l-ebda ħajja ma tintilef bla bżonn,” temm jgħid il-Ministru Abela filwaqt li reġa’ saħaq fuq l-importanza tal-protezzjoni mix-xemx u l-importanza li wieħed jixrob l-ilma.

Anness qed tiġi provduta lista ta’ Ċentri ta’ Matul il-Jum f’diversi lokalitajiet fejn persuni vulnerabbli jistgħu jirrikorru. Dawn il-persuni qed jiġu infurmati b’mod personali. Għal dan is-servizz wieħed jista’ jċempel fuq 21231231. F’sitwazzjonijiet t’urġenza, il-pubbliku huwa mħeġġeġ iċempel 1400 jew 112 f’każ t’emerġenza.

PR251314a.pdf

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jiġi attwat pjan komprensiv fir-rigward ta’ perjodi ta’ sħana estrema
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jiġi attwat pjan komprensiv fir-rigward ta’ perjodi ta’ sħana estrema
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jiġi attwat pjan komprensiv fir-rigward ta’ perjodi ta’ sħana estrema
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow