Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MATSEC EXAMINATIONS BOARD, UNIVERSITÀ TA’ MALTA

pr251305
Date Icon 17/07/2025

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, flimkien mal-Bord tal-MATSEC tal-Università ta’ Malta, jieħdu nota tal-istqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Edukazzjoni u jiċħdu kategorikament li hemm kaos totali fir-riżultati tas-SEC.

Mhux minnu li dawn ir-riżultati mhux qed jinftehmu mill-edukaturi, tant li l-edukaturi kienu kkonsultati u parti mill-proċess mhux biss ta’ din il-bidla, imma wkoll ta’ kull bidla li qed issir fis-settur. Dan huwa parti mit-trasformazzjoni li qed issir fis-settur edukattiv, li permezz tagħha l-istudent qiegħed verament jitpoġġa fiċ-ċentru. L-imsieħba fis-settur kienu nvoluti f’din it-trasformazzjoni, f’kull livell, b’numru ta’ sessjonijiet li saret magħhom.

Stqarrijiet li jdaħħlu d-dubju dwar is-sistema ta’ ċertifikazzjoni jheddu r-reputazzjoni lokali u internazzjonali li kiseb il-Bord tal-MATSEC tul aktar minn tletin sena ta’ operat kif ukoll il-kredibbilità tal-edukaturi, u tal-istudenti u l-ġenituri tagħhom.

Din il-bidla saret biex tirrikonoxxi l-ħidma tal-istudenti f’kull stadju tal-perkors edukattiv tagħhom, kemm dak li jsir fl-iskejjel, u wkoll meta joqogħdu għall-eżami, tant li s-suġġetti kollha tal-SEC ġew assessjati skont mudell ġdid rivedut, iddisinjat biex jipprovdi valutazzjoni aktar olistika tal-ħiliet tal-istudenti. Dan l-approċċ il-ġdid jinkludi assessjar ibbażat fuq School-Based Assessments (SBA) u l-eżami finali.

Il-Ministeru, il-Bord tal-MATSEC u msieħba varji ħadmu flimkien biex waslu għal din is-sistema l-ġdida biex ikun żgurat li s-sistema tkun waħda li filwaqt li tagħti opportunitajiet lill-istudenti, tkun ukoll waħda ġusta. Fil-proċess kollu, matul l-aħħar snin, il-Ministeru żamm ukoll kuntatt regolari permezz ta’ diversi laqgħat mal-imsieħba fis-settur biex jagħmel l-informazzjoni aċċessibbli għal kulħadd.

Fil-ġimgħat qabel ħarġu r-riżultati tas-SEC, il-Ministeru ħareġ informazzjoni pubblika u spjega dwar it-tibdil filwaqt li l-Bord tal-MATSEC ħareġ ukoll filmati fuq il-mezzi soċjali biex jispjega t-tibdil li sar għall-benefiċċju tal-istudenti u l-ġenituri tagħhom.

Irid jiġi spjegat li l-istituzzjonijiet statali post-sekondarji jaċċettaw il-livelli miksuba mill-istudenti bħala bażi għall-ammissjoni, għalhekk is-sistema qed turi b’mod aktar ċar il-livell miksub mill-istudent.

Bħal snin ta’ qabel, wara li joħorġu r-riżultati, il-MATSEC irċieva talbiet minn studenti jew ġenituri, li xtaqu kjarifika dwar dak li rċevew jew tagħrif ieħor mingħand il-Bord tal-MATSEC.  Bosta minnhom kienu jirrelataw dwar l-perkors edukattiv tal-istudenti issa li ħarġu r-riżultati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow