Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Iċ-Ċentru Servizz Anzjan jiċċelebra 20 sena ta’ servizz

pr251302
Date Icon 17/07/2025

Iċ-Ċentru Servizz Anzjan fil-Belt Valletta fakkar l-20 sena anniversarju mit-twaqqif tiegħu, fejn matulhom offra servizz kontinwu lill-anzjani u lill-qrabathom. Ix-xahar li għadda, waqt il-Premjazzjoni tas-Servizz Pubbliku, iċ-Ċentru kien ġie wkoll onorat bil-Quality Label, bħala rikonoxximent għall-eċċellenza fis-servizz li jipprovdi.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, żar dan iċ-Ċentru fejn feraħ lill-ħaddiema għal dan l-unur prestiġjuż u għall-impenn bla heda li wrew tul dawn l-aħħar snin li ilu mwaqqaf iċ-Ċentru. Huwa faħħar il-mod professjonali kif jingħata s-servizz, u qal li “dan ir-rikonoxximent huwa xhieda ta’ dedikazzjoni, passjoni u rispett lejn l-anzjani tagħna.”

Dr Agius Galea żied jgħid li dan l-investiment fil-kwalità u l-effiċjenza għandu jservi bħala mudell għal servizzi oħrajn. “Kburin bil-ħaddiema kollha li jkomplu jagħmlu differenza fil-ħajja tal-anzjani tagħna,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Agius Galea.

Iċ-Ċentru Servizz Anzjan, fi ħdan l-Aġenzija għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC), jilqa’ madwar 1,200 applikazzjoni fix-xahar għal servizzi bħal Night Shelter, Meals on Wheels u oħrajn. Huwa wkoll punt ta’ referenza għal mistoqsijiet u tagħrif permezz ta’ servizz.gov u s-sit tal-AACC.

Il-proċess biex jinkiseb il-Quality Label beda fl-2023 u kien jinvolvi analiżi dettaljata u mystery shopping, fejn il-ħaddiema kollha wrew impenn li jlaħħqu mal-ogħla standards. L-Aġenzija għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità impenjata li tkompli tiżgura li kull anzjan f’Malta u Għawdex ikollu aċċess għal servizzi ta’ kwalità għolja.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Iċ-Ċentru Servizz Anzjan jiċċelebra 20 sena ta’ servizz
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Iċ-Ċentru Servizz Anzjan jiċċelebra 20 sena ta’ servizz
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Iċ-Ċentru Servizz Anzjan jiċċelebra 20 sena ta’ servizz
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow