Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Żona pedonali ġdida li tgħaqqad mal-Masterplan tal-Pjazza tal-Mosta

PR251299
Date Icon 17/07/2025


It-tisbiħ fiċ-ċentru tal-Mosta u l-madwar kompla għaddej hekk kif fl-aħħar ġimgħat, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi intensifika x-xogħlijiet ta' tisbiħ f'żona pedonali ġdida li tgħaqqad mal-Masterplan tal-Pjazza tal-Mosta.

Ix-xogħlijiet ta' tisbiħ fi Triq Kurat Calleja u f'parti minn Triq it-Torri, żewġ toroq li jwasslu għaċ-ċentru tal-Mosta, qegħdin jinbidlu f'żona pedonali isbaħ u aktar aċċessibbli.

Fi żjara li għamel fuq il-lant tax-xogħol, is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia akkumpanjat mis-Sindku Joseph Gatt, spjega kif fl-aħħar xhur id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi beda sensiela ta' xogħlijiet ta' tisbiħ f'numru ta' żoni u sqaqien madwar Malta.

Is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia spjega kif, “F'Ħaż-Żabbar, f'Ħal Kirkop u issa anke fil-Mosta, embarkajna fuq sensiela ta' xogħlijiet ta' tisbiħ f'numru ta' sqaqien u żoni pedonali li jwasslu lir-residenti u lil kull min iżur dawn il-lokalitajiet għaċ-ċentru tal-lokal."

Is-Segretarju Parlamentari Farrugia temm jgħid li x-xogħlijiet li għaddejjin fil-Mosta bħalissa, u li qegħdin isiru b'investiment ta' kważi nofs miljun, ser jingħaqdu mal-kumplament tal-Masterplan tal-Pjazza tal-Mosta, liema proġett kien imwettaq minn dan il-Gvern. 

Is-Sindku tal-Mosta, Joseph Gatt, qal kif grazzi għad-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi, il-Mostin jistgħu igawdu minn spazju pedonali ġdid li se jkun qed ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Gatt stqarr ukoll kif din iż-żona, li l-Mostin jafuha bħala “Pjazza Torri", magħrufa għall-pellegrinaġġi, se tkompli tikkumplimenta il-proġett tal-pjazza tal-Mosta.

Ritratti: MTIP_PS/DOI

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Żona pedonali ġdida li tgħaqqad mal-Masterplan tal-Pjazza tal-Mosta
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Żona pedonali ġdida li tgħaqqad mal-Masterplan tal-Pjazza tal-Mosta
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Żona pedonali ġdida li tgħaqqad mal-Masterplan tal-Pjazza tal-Mosta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow