Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iċ-Ċentru Ċensu Moran jibda jilqa’ l-ewwel pazjenti

PR251278
Date Icon 14/07/2025

Iċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa Ċensu Moran, mil-lum fetaħ il-bibien tiegħu fejn beda jilqa’ l-ewwel pazjenti għal servizzi kliniċi tal-out-patient.

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela żar dan iċ-ċentru fejn iltaqa’ mal-ewwel pazjenti li kienu qed jingħataw is-servizzi provduti.

Taħt id-direzzjoni tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ħadmet sabiex, mil-lum, fiċ-Ċentru Ċensu Moran bdew jiġu offruti s-servizzi ta’ speech and language pathology u ġinekoloġija. F’dan ix-xahar ħa jiġu introdotti 8 dixxiplini oħrajn, li jinkludu fiżjoterapija, ortopedija, manometrija, podjatrija, gastroenterologija u mediċina respiratorja. Is-servizz tal-MRI scanner portabbli li diġà qeda ’l fuq minn 1000 pazjent, ħa jkompli jiġi mogħti. 

“Illum huwa pass importanti għas-saħħa f’pajjiżna, hekk kif qed naraw dak li wegħedna jibda jissarraf f’riżultati favur il-pazjent. Illum stess, ħamsin persuna ħadu trattament ta’ out-patient f’dan iċ-Ċentru ġdid. Gradwalment tul ix-xahrejn li ġejjin, se jkunu qegħdin jinfetħu aktar servizzi sabiex iċ-Ċentru Ċensu Moran jilħaq l-iskop fl-intier tiegħu. Dan filwaqt li fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew joperaw żewġ swali għall-endoskopiji u interventi oħra,” sostna l-Ministru Abela.

Waqt iż-żjara, il-Ministru Abela ltaqa’ ma’ Rebecca Formosa, Speech & Language Pathologist, li se tkun qed toffri s-servizzi tagħha minn dan iċ-ċentru. Hija qalet li grazzi għat-tagħmir modern u l-investiment li sar, dan iċ-ċentru se joffri servizz ta’ kwalità għolja li minnu se jgawdu l-pazjenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iċ-Ċentru Ċensu Moran jibda jilqa’ l-ewwel pazjenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iċ-Ċentru Ċensu Moran jibda jilqa’ l-ewwel pazjenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iċ-Ċentru Ċensu Moran jibda jilqa’ l-ewwel pazjenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iċ-Ċentru Ċensu Moran jibda jilqa’ l-ewwel pazjenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iċ-Ċentru Ċensu Moran jibda jilqa’ l-ewwel pazjenti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow